Il-Bizzilla – Ir-Rivista l-Ġdida tal-Air Malta

Ref: 001-2013m 

Is-sena l-ġdida ġabet magħha rivista ġdida abbord l-ajruplani tal-Air Malta. Ir-rivista, bl-isem ta’ Il-Bizzilla u li toħroġ kull xahar, ġiet iddisinjat skond l-identità w l-viżjoni l-ġdida tal-linja tal-ajru.

F'kummenti dwar ir-rivista l-ġdida, Philip Saunders, l-uffiċjal Kap Kummerċjali tal-Air Malta qal, "Bħala l-ambaxxatur u gwida ta’ dawk kollu li Malta għandha x'toffri, l-Air Malta hi entużjasta li qed tniedi Il-Bizzilla. Ir-rivista l-ġdida abbord l-ajruplani tagħna ser turi kif il-gżejjer Maltin huma mgħonija b’wirt storiku u kulturali li jagħmel id-destinazzjoni tagħna aktar attrajenti għat-turisti li jżuruna. Għażilna l-isem ta’ Il-Bizzilla sabiex niċċelebraw l’ilsien Malti.”

Kull xahar ir-rivista ħa tkun mimlija b’varjetà ta’ artikli fuq il-ħajja kontemporanja f’Malta, il-poplu Malti, il-postijiet ta’ interess, il-kċina lokali, avvenimenti, negozju, proprjetà, l-aħħar aħbarijiet mill-Air Malta u fatti nteressanti oħra li jgħinu t-turisti matul iż-żjara tagħhom fil-gżejjer Maltin.

Barra minn artiklu nteressanti ħafna fuq it-tradizzjoni tal-bizzilla, l-ewwel edizzjoni fiha artikli interessanti oħra dwar Għawdex, t-tbaħħir, il-lumi ta’ Malta, il-gardjola, ir-rock climbing, l-ipoġew u l-knisja f’Ta' Pinu. 

Ir-rivista abbord l’ajruplani tal-Air Malta jaqrawha madwar 1.7miljun passiġġier kull sena. Kopji b’xejn tar-rivista Il-Bizzilla jinstgħu jinkisbu abbord it-titjiriet tal-Air Malta.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!