Donazzjoni ta’ Siġar mill-Air Malta lill-Park tal-Familja l-Ġdid f’Marsaskala

Ref: 018-2013m 

Bħala parti mill-inizjattivi ta’ responsabbilità soċjali korporattiva, l-Air Malta tat donazzjoni ta’ 50 siġra lill-Park għall-Familja ta’ Sant’ Antnin f’Marsaskala. Dan il-park, mifrux fuq żona ta’ 80 tomna jew 21 grawnd tal-futbol, huwa l-akbar park tal-familja f'Malta u joffri faċilitajiet rikreattivi varji inkluż żona ta’ rikreazjoni tat-tfal, ċentru tal-agri turiżmu, nixxiegħa tal-ilma, ġinnasju ta' barra, żoni għall-picnics u grawnd tal-futbol ta’ 5-a side. Il-park ser jinfetaħ uffiċjalment nhar il-Ħadd, 24 ta’ Frar. 

Dawn is-siġar ġew mogħtija mis-sezzjonijiet tal-Merkanzija u tal-Passenger Handling tal-Air Malta minflok intbgħatu kartolini tal-Milied is-sena l-oħra. Din l-inizjattiva kienet appoġġjata mill-linja tal-ajru għax tikkontribwixxi lejn ambjent aktar b'saħħtu u parzjalment tagħmel tajjeb għall-effetti mill-ivvjaġġar bl-ajru.

Illum il-bidla fil-klima hija waħda mis-suġġetti ewlenin fl-industrija tal-avjazzjoni w l-Air Malta qed tieħu din il-kwistjoni bis-serjetà ħafna. Flimkien mal-imsieħba tagħha, l-Airbus, l-Assoċjazzjoni tal-linji tal-ajru Ewropej (AEA) u l-Assoċjazzjoni tal-linji tal-ajru Internazzjonali (IATA), il-linja tal-ajru Maltija qed taħdem biex tnaqqas l-emissjonijiet, l-iskart, u ssir aktar responsabbli ambjentalment.

F'kumment dwar din l-inizjattiva, Peter Davies, l-Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru qal, "L-ambjent huwa responsabbiltà ta' kulħadd u l-attiviżmu ambjentali tagħna sar parti integrali mill-programm tagħna ta' responsabbiltà soċjali tal-korporazjoni. L-industrija tal-avjazzjoni tikkontribwixxi għal madwar tnejn fil-mija tal-emissjonijiet globali tas-CO2 li 80 fil-mija minnhom jirriżultaw mit-titjiriet ta' distanza twila. Matul is-snin, biex jittaffa jew jibbilanċja effetti negattivi, il-linja tal-ajru għenet lill-kampanja nazzjonali Tree For You (34U), u ħawlet mijiet ta' siġar fil-parks varji madwar il-gżejjer Maltin inklużi dak tas-Salini, fil-Park Nazzjonali Ta' Qali, fil-Kumpless Sportiv ta' St Andrews f’Ħal Luqa u tat 350 siġra taż-żebbuġ lill-Koperattiva Rurali Manikata.

"L-Air Malta hi determinata li tkompli twettaq l-obbligi soċjali tagħha filwaqt li tgħin organizzazzjonijiet u inizjattivi li joffru appoġġ u jagħtu valur lill-komunità. Il-kampanja 34U taqbel perfettament mal-inizjattivi ta’ responsabbiltà soċjali tagħna għax permezz tagħha mhux biss ngħinu inaqqsu l-carbon footprint tagħna imma wkoll nistgħu nagħtu lura żoni ta' rikreazzjoni lis-soċjetà u ambjent aktar b'saħħtu ", żied is-Sur Davies.

L-Air Malta kienet waħda mill-ewwel organizzazzjonijiet fil-gzejjer Maltin li mexxiet l-quddiem il-kunċett ta' Responsabbiltà Soċjali Korporattiva. Mill-bidu tagħha l-linja tal-ajru kkontribwixxiet mijiet ta' eluf ta' ewro u għenet diversi organizzazzjonijiet u individwi f’oqsma differenti inklużi dawk umanitarja, mediċi, filantropiċi, kulturali, sportivi, il-protezzjoni tal-wirt storiku u inizjattivi ambjentali.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!