Air Malta Tinħatar il-Linja Uffiċjali tal-Premjijiet Ewropej tal-Films

Ref: 099-2012 

L-Air Malta ġiet magħżula l-linja uffiċjali tal-premjijiet prestiġjużi Ewropej tal-Films li se jsiru f'Malta għada s-Sibt 1 ta’ Diċembru f’Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta.

L-edizzjoni ta' din is-sena tal-premjijiet tal-films Ewropej (EFA) hija storika peress li l-organizzaturi qed jiċċelebraw il-ġublew tal-fidda mill-ewwel edizzjoni li saret f'Berlin fis-26 ta' Novembru 1988.

Madwar 650 mistieden internazzjonali distint inklużi persuni nominati għall-premjijiet, membri tal-EFA, l-isponsers internazzjonali u imsieħba oħra ġejjin Malta permezz tal-Air Malta sabiex jattendu dan l-avveniment.

Madwar 10 kru tat-televizjoni nternazzjonali u aktar minn 100 ġurnalisti oħra ġejjin Malta biex jirrappurtaw dan l-avveniment madwar id-dinja. Numru tajjeb ta' fotografi lokali w internazzjonali se jkunu ħdejn ir-Red Carpet sabiex jieħdu ritratti tad-diversi persuni distinti.

F'kumment dwar l-involviment tal-Air Malta fl-EFA, Philip Saunders, il-Kap Uffiċjal responsabbli mill-Kummerċ qal, "Bħala l-linja tal-ajru uffiċjali ta' dan l-avveniment importanti, l-Air Malta qed iġġib diversi mistiedna fuq isservizzi skedati tagħha mill-ajruporti ewlenin Ewropej speċjalment minn dawk Ġermaniżi. Aħna nħossuna onorati li qed niġu assoċjati ma' dan lavveniment important li ser jagħti prominenza kbira lill-gżejjer Maltin barra min xtutna. "

Il-ċerimonja tal-premjazzjoni ssir f'Berlin kull sentejn. Fis-snin l-oħra lpremjijiet jduru f’diversi pajjizi u ġew organizzati f’Londra, Pariġi, Ruma, Barċellona, Varsavja, Kopenħagen, Tallinn u għall-25 edizzjoni ta’ din is-sena se jsiru f'Malta.

In-nominata ta’ din is-sena tħabbru waqt il-Festival tal-Films Ewropej ta' Sevilja fil-bidu ta' Novembru.

L-Air Malta tawgura l-organizzaturi u n-nominati f’dan l-avveniment kull suċċess hawn Malta.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!