Il-Gżejjer Maltin

Il-Gżejjer Maltin

B'aktar minn 7,000 sena ta' storja mifruxa fuq xejn aktar minn 300 kilometru kwadru, il-Gżejjer Maltin jistgħu tabilħaqq jiftaħru bi storja li hija miżgħuda bi fdalijiet li ħallewlhom il-ħakkiema tal-passat. L-hekk imsejjaħ Arċipelagu Malti, li jikkonsisti f'għadd ta' gżejjer bl-akbar fosthom huma Malta, Għawdex u Kemmuna, jinkludi wkoll xi gżejjer iżgħar; jiġifieri Kemmunett, Filfla, il-Gżejjer ta' San Pawl u l-Gżira tal-Isqof (magħrufa aħjar bħala Manoel Island), li fuqhom ma jgħixux nies.

Il-Gżejjer Maltin, li jinsabu proprju f'nofs il-Baħar Mediterran, għandhom repertorju vast ħafna ta' tempji preistoriċi u siti li jinkludu fdalijiet Rumani, binjiet Normanni u medjevali, kif ukoll arkitettura barokka li lkoll flimkien taw lill-gżejjer fużjoni ta' kultura, tradizzjonijiet u storja.

Il-Gżejjer, li jippreżentaw xelta kontrastanti ta' pajsaġġi u lokalitajiet, jipprovdu diversi attrazzjonijiet li jvarjaw minn dawk storiċi u reliġjużi għal divertiment għall-familja kollha. Il-kosta Maltija hija mżejna b'għadd ġmielu ta' xtajtiet u bajjiet tar-ramel u tal-blat, li jagħmluha faċli sabiex wieħed jinżel jieħu għawma rinfreskanti. It-temp affaxxinanti u l-ġmiel tal-ibħra tant ċari tal-Gżejjer Maltin jattiraw għadd kbir ta' turisti kull sena li jżuru dan il-pajjiż apposta biex jgħoddsu. 




Blog relatat

all blogs

Kont taf?

  • Kont taf li l-Arċipelagu Malti jkopri biss ftit aktar minn 300 kilometru kwadru b'kollox?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!