Fun Run għall-Karità – Għaliex ħadt gost

30 Jannar 2013

Il-Fun Run tal-President għall-Karità

Dawk kollha li jafuni jafu li minix persuna atletika. Għalhekk, meta bdew jidhru r-reklami li jippromwovu l-Fun Run tal-President għall-Karità, għall-ewwel ħassejtni xi ftit eżitanti, iżda mbagħad sfidajt lili nnifsi biex nieħu sehem. Ladarba ddeċidejt li nidħol għal din l-isfida, impenjajt ruħi kompletament u kaxkart miegħi lil ħbiebi biex nieħdu pjaċir flimkien. Bdejt nieħu ħafna pjaċir, nagħmel l-eżerċizzju u nimxi mill-inqas siegħa kuljum.

Il-Fun Run jew Mixja b'riżq il-karità, li saret f'ġurnata xemxija u sabiħa fit-2 ta' Diċembru, ġiet organizzata bil-għan li jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund. Il-ġirja bdiet mill-Palazz ta' San Anton, komplejna lejn it-Terminal tal-Karozza tal-Linja f'Birkirkara u mbagħad lejn Santa Venera, 'l isfel lejn il-Ħamrun u spiċċajna fil-Belt Valletta.

Waqt il-mixja, iltqajt ma' għadd kbir ta' karattri, li ħafna minnhom kienu qegħdin jiġru jew jimxu għal raġunijiet personali, filwaqt li oħrajn attendew għall-ġenerożità u l-għaqda nazzjonali għal kawża ġusta. Fl-aħħarnett, kien hemm ħafna daħk u pjaċir hekk kif ix-xemx kienet qiegħda tarmi r-raġġi sħan tagħha sabiex tipprovdielna l-ambjent perfett għal ġurnata barra.

Madankollu, l-aktar li laqtitni u affaxxinatni minn din l-esperjenza kienet il-ġentilezza li wrew in-nies li ltqajt magħhom. Tul it-triq kollha stajt nitkellem ma' nies differenti u ħassejtni parti minn familja kbira waħda. Għall-mument bħal donni nsejt li jiena barranija u tassew ħassejtni qisni qiegħda f'pajjiżi.  


Top Blog Posts

More posts by this author

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja u ikla ħafifa inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!