Eċċitata dwar Valletta 2018

30 Jannar 2013

Il-Belt Valletta, Malta

Meta żort Malta l-ewwel darba aktar minn għaxar snin ilu, mill-ewwel inġbidt lejn il-Belt Valletta. Din il-belt kapitali sabiħa għandha xi ħaġa li tiġbdek u atmosfera romantika. Mhijiex il-belt kapitali tipika. Fit-toroq prinċipali tal-Belt Valletta ftit li xejn jidħlu karozzi u hija nieqsa mill-arkitettura moderna li fgat ħafna bliet kapitali madwar l-Ewropa. Għalhekk, wara xhur ta' tħejjija u deliberazzjoni intensivi, il-Belt Valletta finalment tħabbret li hija l-Belt Ewropea tal-Kultura għall-2018

Ħassejtni eċċitat u ferħan ħafna. Il-Belt Valletta tatni ħafna jiem ta' pjaċir u divertiment fl-aqwa taż-żgħożija tiegħi. Din il-belt tittrasmetti sensazzjoni inkredibbilment maġika bil-mod ta' kif irnexxielha żżomm id-dehra eterna tagħha mingħajr ma ċċedi għall-pressjonijiet tal-iżvilupp modern. 

Dan l-avveniment mhux biss ser ipoġġi lil Malta fiċ-ċentru tal-attenzjoni Ewropea, iżda l-proċess ta' tisbiħ li għaddejja minnu l-Belt Valletta ser jara wkoll il-ħolqien ta' programm eċċitanti ta' avvenimenti b'laqta Ewropea. Dan għandu jżid mal-faxxinu u l-misteru li tittrasmetti l-Belt Valletta waqt li tintiseġ mal-istorja estensiva tagħha li tmur lura sal-1530.

Hekk kif nimxi tul it-toroq tal-Belt Valletta, dawn joffruli storja unika li teħodni lura fiż-żmien. L-għadd abbundanti ta' kafetteriji u ristoranti joffru varjetà kbira ta' ikel minn madwar id-dinja kollha. It-toroq ikunu dejjem mimlijin bl-attività u l-pjaċir, għalhekk, ma niskantawx kif il-Belt Valletta rebħet dan it-titlu.

Xi drabi nagħżel li nevita t-toroq traffikużi sal-Belt Valletta, billi minflok naqbad id-dgħajsa minn Tas-Sliema. Dan il-mezz ta' trasport joffri veduti aktar panoramiċi u pittoreski tal-Belt Valletta minn angolu kompletament differenti.

Żur is-sit http://www.valletta2018.org/ għall-aħħar aġġornamenti.


Top Blog Posts

More posts by this author

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!