• Ara Buking
  • Check-in
  • Il-Kont Tiegħi
  • Il-Kont Tiegħi

    Jekk tixtieq tidħol billi tuża facebook, ikklikkja fuq il-buttuna hawn isfel.

    IDĦOL B'FACEBOOK 

    jew

    Ikklikkja "login" jekk għandek kont tal-Flypass jew website.

    LOGIN OĦLOQ KONT

    close-login
    username
    password

    insejt il-password tiegħek? 
    close-fpass
    l-email tiegħek

    It-temp f'Malta

    Ir-rapport tat-temp mhux disponibbli fil-mument.

Għawdex, il-gżira oħt Malta

Iċ-Ċittadella ta' Għawdex
Jekk qed tfittex btala b'differenza, mela allura Għawdex, il-gżira oħt Malta, joffri post kenni u trankwill 'il bogħod mill-istorbju u l-ħajja mgħaġġla ta' kuljum. Għawdex, li jinsab 20 minuta biss bogħod bil-baħar minn Malta, ta' spiss jissemma b'rabta mat-tgawdija u l-pjaċir, kif wara kollox jgħid ismu stess, li jfisser 'ferħ' bil-Kastiljan.

Il-gżira ta' Għawdex, li hija t-tieni l-akbar waħda tal-Arċipelagu Malti, għandha meded sħaħ ta' ħdura mil-lbiċ sal-majjistral, filwaqt li l-kosta hija mdawra bl-irdumijiet. L-ambjent rurali u l-pass kajman li dan iġib miegħu taw lir-residenti lokali ħajja sempliċi li l-għeruq tagħha jinsabu fil-kultura u fis-soċjetà agrikola u tas-sajd tagħha.

Ir-Rabat, li hija l-belt kapitali ta' Għawdex, għandha ċittadella ffortifikata fuq il-quċċata tal-għolja tagħha, li offriet kenn lill-belt l-antika u sigurtà u protezzjoni mill-attakki tal-għedewwa fl-imgħoddi. Iċ-ċittadella toffri ambjent idilliku bid-djar antiki tagħha, flimkien ma' katidral żgħir li huwa mogħni bi swar impressjonanti.

Għawdex huwa magħruf ukoll bħala l-Gżira ta' Kalipso, li skont it-tradizzjoni kienet ġejja mill-post ta' Ogigia fil-poeżija mitoloġika Griega 'Odissea' ta' Omeru. Il-leġġenda tirrakkonta kif il-gżira kienet ikkontrollata min-ninfa attraenti Kalipso, li kienet żammet lill-maħbub tagħha u l-eroj tal-istorja, Ulisse, bħala priġunier għal seba' snin. Fil-fatt, huwa maħsub li Għawdex huwa l-ekwivalenti modern ta' Ogigia.

Il-gżira Għawdxija hija sinjura f'dawk li huma postijiet storiċi. Biżżejjed insemmu t-Tempji tal-Ġgantija, li flimkien mat-Tempji Megalitiċi ta' Malta, huma l-eqdem strutturi weqfin fid-dinja.

Għawdex, li tabilħaqq għandu ambjent aktar seren u naturali minn Malta, huwa magħruf ukoll għat-Tieqa tad-Dwejra (Azure Window), arkata naturali ikonika li ġiet ifformata miljuni ta' snin ilu meta kien ikkollassa għar tal-ġebla tal-franka. Bajjiet imwarrbin u li jolqtu l-għajna huma mferrxin madwar il-gżira kollha, bl-aktar popolari fosthom huma l-Bajjiet ta' Marsalforn u tax-Xlendi, li jagħmlu lil Għawdex destinazzjoni maħbuba minn ħafna għaddasa u għawwiema.






Kont taf?

  • Kont taf li l-Arċipelagu Malti jkopri biss ftit aktar minn 300 kilometru kwadru b'kollox?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!