Din il-belt, li tinsab mibnija fuq peniżola li tħares lejn portijiet u qaliet fuq iż-żewġ naħat, ħadet post l-Imdina bħala l-belt kapitali tal-pajjiż.

local_bar
local_florist
location_city
local_activity
photo_camera
beach_access
golf_course
sports_rugby
sailing
surfing
set_meal

Hija għandha storja twila u ta' fama kbira bħala ċentru ta' governanza u amministrazzjoni għal dawk kollha li ħakmu l-arċipelagu minn mindu nbniet wara l-assedju l-kbir tal-1565.

Il-Belt Valletta tal-lum hija belt li qiegħda tistagħna. Grazzi għat-toroq tagħha ddisinjati f'forma ta' gradilja u għad-daqs żgħir tagħha, il-belt tista' tiġi esplorata faċilment bil-mixi, u dawk li huma avventurużi żgur ser jiġu ppremjati b'veduti estensivi, ħwienet attraenti li jbiegħu kull xorta ta' oġġetti, ristoranti mill-aqwa u, fuq kollox, arkitettura spettakolari.

local_activity

Knejjes fil-Belt Valletta

Din il-belt eleganti tista' tiftaħar b'numru ta' knejjes sbieħ, li kollha minbarra waħda huma Kattoliċi.
Read More
local_florist

Ġonna

Kull belt grandjuża għandu jkollha ġonna grandjużi. Il-belt Valletta mhijiex eċċezzjoni. Dak li jiddistingwi dawn il-ġonna minn ġonna oħrajn huwa l-fatt li kull wieħed mill-ġonna prinċipali għandu veduti spettakolari.
Read More
location_city

Il-Palazzi tal-Belt Valletta

Il-Belt Valletta hija belt glorjuża u impressjonanti b'arkitettura rikka. F'kull rokna tagħha, dawk kollha li jżuruha jiltaqgħu wiċċ imb'wiċċ ma' kapolavuri u ġojjelli tal-arkitettura; iżda huma l-palazzi li jgawdu pożizzjoni prominenti f'din il-belt maestuża.
Read More
local_activity

L-Istorja tal-Belt Valletta

L-ewwel ġebla ta' dan il-kapolavur tal-era Barokka tqiegħdet mill-Granmastru tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, Jean Parisot de la Valette, fuq il-peniżola Xiberras fl-1566.
Read More
local_activity

Il-Qawmien tal-Belt Valletta

Fl-1798, il-belt inħatfet mill-forzi Franċiżi. Il-ħakma qasira tagħhom xejn ma kienet popolari mal-Maltin, li eventwalment kienu lesti jgħinu lill-Ingliżi biex jeħilsu darba għal dejjem mill-Franċiżi.
Read More
photo_camera

Il-Waterfront tal-Belt Valletta

Il-Waterfront tal-Belt Valletta, li kellu importanza ekonomika u kulturali kbira ħafna fl-imgħoddi, riċentament ittieħed f'idejn konsorzju u ġie mmodernizzat u ttrasformat sabiex jaqdi l-ħtiġijiet dejjem jinbidlu ta' din il-belt dinamika.
Read More
local_activity

Il-Belt Valletta - Kapitali tal-Kultura 2018

Fit-13 ta' Ottubru 2012, tħabbar li l-Belt Valletta ntgħażlet bħala L-Belt Ewropea tal-Kultura għall-2018. Dan it-titolu prestiġjuż jirrifletti l-wirt kulturali inkredibbilment rikk ta' dan il-kapolavur tal-era Barokka.
Read More