L-Isport

Ir-Regatta f'Malta

It-temp sabiħ u l-ispirtu kompetittiv Malti jagħmlu lil dan il-pajjiż destinazzjoni sportiva ideali. Mill-golf sal-water polo, il-futbol u t-tenis, il-faċilitajiet sportivi ta' Malta jħalluk bla nifs, litteralment. 

Jekk tippreferi attivitajiet ta' natura inqas kompetittiva, xorta waħda għandek xelta kbira ta' għażliet. Ipprova l-mixi fil-kampanja u l-għoljiet ta' Għawdex, li għadhom mogħnija bil-ġmiel naturali, jew scuba-diving fuq wieħed mill-ħafna bastimenti mgħarrqa u s-sikek sbieħ li hemm madwar il-gżejjer.

Jekk ma tantx tħobb tagħmel l-eżerċizzju u aktar tippreferi ssegwi, Malta toffri ambjent uniku għal min irid isegwi avvenimenti sportivi internazzjonali kbar. Hemm it-tellieqa rinomata mad-dinja kollha magħrufa bħala r-Rolex Middle Sea Yacht, avveniment prestiġjuż fejn l-ispettaturi u dawk kollha dilettanti jimlew is-swar biex jaraw id-dgħajjes sbieħ jitilqu sabiex joħorġu mill-port mal-isparatura li tindika l-bidu tat-tellieqa. 

Jekk tippreferi xi ftit aktar storbju, Malta toffri lil dawk li huma dilettanti tal-logħba tal-futbol esperjenza memorabbli. Kull meta tintlagħab xi partita kruċjali, kemm jekk waħda ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, il-Premier League, is-Serie A jew l-aqwa fost kollox: il-finali tat-Tazza tad-Dinja, kull ħanut tax-xorb, pub u ristorant fil-gżira jxandar il-partita. Il-partitarji tal-aktar timijiet nazzjonali segwiti, bħall-Italja, il-Brażil, l-Ingilterra, il-Ġermanja u l-Arġentina għandhom xi ħaġa oħra biex jiddevertu – il-popolazzjoni lokali għandha bażi ta' partitarji ddedikati għal dawn it-timijiet u meta t-tim tagħhom jirbaħ, id-dilettanti joħorġu jiċċelebraw bi ħġarhom fit-toroq, idoqqu l-ħornijiet u jxejru l-bnadar ta' dak il-pajjiż partikolari!






Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja u ikla ħafifa inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!