• Ara Buking
  • Check-in
  • Il-Kont Tiegħi
  • Il-Kont Tiegħi

    Jekk tixtieq tidħol billi tuża facebook, ikklikkja fuq il-buttuna hawn isfel.

    IDĦOL B'FACEBOOK 

    jew

    Ikklikkja "login" jekk għandek kont tal-Flypass jew website.

    LOGIN OĦLOQ KONT

    close-login
    username
    password

    insejt il-password tiegħek? 
    close-fpass
    l-email tiegħek

    It-temp f'Malta

    Ir-rapport tat-temp mhux disponibbli fil-mument.

Ħelu u Deżerti

Traditional desserts in MaltaĦelwa tat-Tork

Bl-ammont kbir ta' koki ċelebri fuq it-televiżjoni u r-riċetti tagħhom li kważi jqabbduk id-dijabete, sirna nippretendu li d-deżerta tkun ħelwa manna. Iżda min veru jifhem fl-ikel jaf li fid-deżerta t-togħma hija importanti daqs il-ħlewwa. Għandha tkun sofistikata u interessanti għat-togħma; ħelwa, iżda mhux iżżejjed.

Id-deżerti Maltin, bħal deżerti oħrajn minn madwar il-Mediterran, għandhom it-tendenza li ma jkollhomx abbundanza ta' ċikkulata, iżda minflok sikwit ikunu jinkludu l-irkotta friska u l-frott imnixxef. Iż-żieda interessanti ta' ingredjenti bħall-ilma żahar, l-għasel, il-ġewż u t-tamal, il-konfettura, iż-żerriegħa tal-ħlewwa u l-ġulġlien twassal għal esperjenza delizzjuża u xi drabi eżotika. 

Wara ikla tajba, ipprova l-ġelat Malti. Fittex ġelat li jkun magħmul minn ħalib evaporat - dan ikollu konsistenza aktar magħquda u togħma aktar qawwija mill-ġelat normali, u huwa dak li jfittxu u jħobbu l-aktar in-nies tal-post. Deżerti popolari oħrajn jinkludu: is-Sinizza – għaġina ħelwa mimlija bl-irkotta u l-konfettura, il-Pudina tal-ħobż – pudina magħmula mill-ħobż Malti bil-ġulepp tal-ħarrub, Torta tal-Marmurat – torta mimlija bil-lewż b'kisja ta' ċikkulata u ġelu fuqha, u l-Isfineġ ta’ San Ġużepp – simili għaż-żeppoli Taljani, li huma blalen tal-għaġina mimlijin bl-irkotta ħelwa u moqlijin fiż-żejt, u fl-aħħarnett miksijin bl-għasel Malti.

Il-Maltin iħobbu ħafna l-ħelu u dan ifisser li huma ma jfittxux il-ħelu biss wara xi ikla. Hemm ħafna prodotti tal-ħelu li tista' tnaqqar fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata. Ipprova l-Ħelwa tat-Tork – pejst magħmul minn ġulġlien imfarrak u miżjud b'ħafna ħlewwa, l-Imqaret – kejkijiet delizzjużi tat-tamal moqlijin f'ħafna żejt u l-Kannoli – il-verżjoni Maltija tal-cannoli li nsibu fi Sqallija, mimlijin bl-irkotta ħelwa, konfettura u ġewż.







Blog relatat

all blogs

Kont taf?

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!