Norwich

BOOK NOW

Norwich

Norwich

Il-belt ta' Norwich, li hija mfawra b'aktar minn 1500 bini storiku, xena tal-arti rikka ħafna, bosta ħwienet għax-xiri u attivitajiet fil-beraħ, hija l-aktar belt medjevali kompleta fil-Gran Brittanja. Din il-belt, li toffri fużjoni ta' interess storiku flimkien ma' klassi u stil, tinsab qrib ħafna ta' Londra u dan jagħmilha destinazzjoni ideali għall-koppji jew għal dawk li jkunu qegħdin jivvjaġġaw bil-familja.

Mill-perjodu medjevali sar-Rivoluzzjoni Industrijali, Norwich kienet it-tieni l-aktar belt importanti tal-Ingilterra. Din il-belt ħalliet warajha wirt li tista' tassew tiftaħar bih, li jinkludi l-Katidral ta' Norwich, il-Mużew tal-Kastell ta' Norwich, il-Gallerija tal-Arti, is-Sala tal-Barranin u s-Sala tad-Draguni.

Norwich hija wkoll kburija bil-bini kontemporanju tagħha, bi stil arkitettoniku mill-isbaħ, bħal The Forum u ċ-Ċentru ta' Sainsbury għall-Arti Viżwali. It-toroq ta' Norwich huma invażati bi ħwienet tax-xiri indipendenti u tal-aqwa moda, avvenimenti divertenti, parks b'siġar mimlijin weraq, ġonna, arti u kultura, kif ukoll numru kbir ta' ristoranti, kafetteriji u ħwienet tax-xorb.

Elm Hill, li hija l-aktar triq iċċangata famuża f'Norwich, tinsab fl-Inħawi tal-Katidral ta' Norwich, fejn wieħed jista' jsib ukoll djar tal-injam ippreservati sew f'Tudor. Fil-qalba tal-belt, hemm ukoll is-Suq ta' Norwich, li huwa l-akbar suq fil-beraħ fir-Renju Unit u li ilu jarma għal dawn l-aħħar 800 sena.

Norwich għandha aktar minn 30 knisja medjevali 'il ġewwa mill-ħitan tal-belt tagħha, li ħafna minnhom għadhom jintużaw bħala knejjes parrokkjali sal-lum il-ġurnata. Il-Katidral Kattoliku ta' San Ġwann, li nbena fis-seklu għoxrin u li għandu struttura mill-aktar imponenti, jinsab fil-quċċata ta' Grapes Hill.

Il-viżitaturi jistgħu jistrieħu u jirrilassaw fid-diversi parks u ġonna miżmuma fl-aqwa kundizzjoni mxerrdin madwar din il-belt. Wieħed mill-eżempji ewlenin huwa l-Ġnien tal-Pjantazzjoni Vittorjana, li jagħti dik l-atmosfera tassew kalma u trankwilla għal kull min ikun irid jaħrab mill-ġenn u l-istorbju tal-belt.

L-Ajruport Internazzjonali ta' Norwich jinsab 5km biss lejn it-Tramuntana taċ-ċentru tal-belt. L-ajruport jipprovdi faċilità ta' Park and Ride b'servizz li jopera b'mod regolari lejn u miċ-ċentru tal-belt u li jwaqqaf lill-passiġġieri ftit minuti biss 'il bogħod bil-mixi mill-ajruport.




Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!