Geneva




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Ġinevra

Malta to GenevaĠinevra

Ġinevra tista' titqies bħala waħda mill-aktar ġawhar prezzjużi tal-Ewropa. Din il-belt kożmopolitana iżda fl-istess ħin eleganti, hija tassew ġawhra rari. Bħala waħda mill-bliet l-aktar għaljin fl-Ewropa, kif ukoll minħabba li r-residenti tagħha donnhom kapaċi jitkellmu b'kull lingwa immaġinabbli, ħafna għandhom l-impressjoni li Ġinevra hija l-belt kapitali tal-Isvizzera.

Ġinevra, li hija t-tielet l-akbar belt fl-Isvizzera, hija mogħnija bix-xtajtiet tal-lag Alpin li jkomplu jżidu mas-seħer u l-faxxinu ta' din il-belt. Barra minn hekk, dan jispjega l-fatt għaliex il-biċċa l-kbira tal-organizzazzjonijiet ferm stmati ta' madwar id-dinja bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddeċidew li jwaqqfu l-kwartieri ġenerali prinċipali tagħhom hawnhekk.

Aktar minn 200 organizzazzjoni governattivi u mhux governattivi internazzjonali huma bbażati f'Ġinevra. Hawnhekk wieħed jista' jsib ukoll bosta lukandi lussużi b'erba' u ħames stilel li jifformaw l-orizzont tal-belt. It-toroq tal-belt huma mimlija b'firxa wiesgħa u inkredibbli ta' ristoranti internazzjonali, filwaqt li l-ġojjelleriji u l-ħwienet li jbiegħu ċ-ċikkulata joffru fost l-aqwa u l-ifjen prodotti disponibbli fis-suq.

L-Eau d'Jet huwa wieħed mill-postijiet l-aktar magħrufa fil-belt, hekk kif jinkludi torri tal-ilma li huwa għoli 140 metru fuq il-lag: jiġifieri jwaddab xejn inqas minn 7000 litru ta' ilma fl-arja. Hawnhekk wieħed jista' jsib ukoll l-akbar laboratorju tal-fiżika tal-partiċelli fid-dinja - CERN, li jospita dak magħruf bħala Hadron Collider, fejn il-partiċelli jitħabbtu flimkien f'veloċitajiet inkredibbli.

Jekk mintix wieħed li jinteressawk ix-xenarji idilliċi, allura nissuġġerulek tmur fid-distrett ta' Paquis, ix-xtut industrijali tar-Rhone jew Carouge, fejn l-inħawi tagħhom joffru attività kontinwa u divertiment mill-aqwa grazzi għad-diversi klabbs u bars li jdoqqu l-mużika.

L-ajruport jinsab kważi 4 kilometri 'l bogħod miċ-ċentru ta' Ġinevra. Dan jista' jintlaħaq faċilment permezz tal-ferrovija jew b'xarabank permezz tas-servizz tat-trasport pubbiku ta' Unireso. Il-vjaġġ bil-ferrovija minn jew lejn iċ-ċentru tal-belt jieħu biss 6 minuti. 

Ivvjaġġa lejn Ġinevra biex timxi fil-parks tal-belt, tbaħħar fuq il-lag jew tiskijja fuq l-Alpi. Din il-belt għandha dak kollu li tixtieq u timmaġina sabiex tesperjenza l-ħajja lussuża.



Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn