Stockholm




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Stokkolma


Malta to StockholmStokkolma 

Stokkolma, li hija l-belt kapitali tal-Isvezja, dejjem jirnexxielha timmeravilja lill-vjaġġaturi minn madwar id-dinja kollha. Din il-belt, li hija meqjusa bħala waħda mill-aktar bliet meraviljużi fid-dinja, hija kkaratterizzata minn bini kkulurit mill-isbaħ.

Is-sajf joffri baħar u sema blu ċari, filwaqt li matul ix-xhur tax-xitwa, il-borra tiksi l-belt bħal kutra ta' bjuda. Stokkolma hija belt moderna mimlija ħajja li tul is-snin ipproduċiet arkitettura li timliek b'sens ta' riverenza.

B'panorama ta' parks, lagi u orizzonti eċċitanti, Stokkolma hija mdawra b'xejn inqas minn 14-il gżira u eluf ta' gżejjer żgħar oħrajn li jkomplu jżidu mad-drama u l-ġmiel tal-Iskandinavja. Il-pożizzjoni tagħha fuq il-Baħar Baltiku twassal għal varjazzjonijiet staġjonali distinti.

Minħabba li hija belt imdawra bl-ilma, Stokkolma ma għandhiex il-ġenn u l-istorbju li għandhom bliet kapitali Ewropej kbar oħrajn, biex b'hekk l-ivvjaġġar lejn il-belt huwa ferm aktar faċli u pjaċevoli.

Il-belt antika u żgħira ta' Gamla Stan hija mibnija fi struttura ta' toroq li jagħtu għal xulxin. Hija kkaratterizzata minn ħitan tal-istucco maestużi u kkuluriti tal-bini aħmar, oranġjo u vanilla li hemm madwar l-għadd numeruż ta' ħwienet tas-souvenirs u tal-ġelati. Din il-belt, li hija magħrufa bħala l-eqdem attrazzjoni u waħda mill-aktar bliet medjevali ppreservati fid-dinja, għandha toroq imserrpin li huma armati b'antikitajiet u galleriji tal-arti.

Il-gżira ġara ta' Sodermalm hija mżejna b'għoljiet għoljin, djar antiki sbieħ, ħwienet Boemjani, galleriji tal-arti u diskoteki. Grazzi għall-ħwienet tal-ħwejjeġ u r-ristoranti tiegħu, iċ-ċentru prinċipali tal-belt huwa dejjem mimli bl-attività.

B'aktar minn 700 sena ta' storja, Stokkolma taspira eleganza rjali b'mod delizzjuż. Il-Palazz Irjali, il-knejjes gotiċi, il-kafetteriji, il-ħwienet tax-xorb u r-ristoranti kollha jkomplu jħawru l-karattru Svediż. Aħna nissuġġerulek iżżur ukoll Stockholm Stadshus (is-City Hall ta' Stokkolma), fejn kull sena tittella' n-Novel Banquet. Mit-torri tas-City Hall, tkun tista' titpaxxa b'veduta inkredibbli tal-belt.

Il-vjaġġi tal-Air Malta lejn l-Ajruport ta' Stockholm Arlanda jitilqu minn Munich. Inti tista' tivvjaġġa fi ftit ħin mill-ajruport saċ-ċentru tal-belt permezz tas-servizz irħis tal-karozzi tal-linja li jitilqu mill-ajruport u l-ferroviji tal-Arlanda Express.











Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn