Moscow

BOOK NOW

Moska


Malta to MoscowMoska

F'din il-belt maestuża, fejn kollox huwa possibbli, wieħed jista' jsib l-akbar bini fid-dinja u wħud mill-kaffetteriji li jbiegħu l-aktar kafè għali madwar id-dinja kollha. Moska, li hija meqjusa bħala l-aktar belt lussuża fid-dinja, għaddejja minn fażi li hija kkaratterizzata minn enerġija kreattiva li reġgħet bdiet toħroġ wara l-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika.

B'popolazzjoni ta' madwar 13-il miljun ruħ, Moska kellha rwol fundamentali u ewlieni fl-iżvilupp tal-istat u l-istorja tar-Russja. Il-belt, li ilha mwaqqfa aktar minn 860 sena, għadha ġġorr il-marki tal-passat imperjali u Sovjetiku tagħha, filwaqt li hija mimlija mużewijiet u monoliti.

Dawk li qabel kienu fabbriki u mħażen issa qegħdin jintużaw bħala galleriji tal-arti u diskoteki taħt l-art, filwaqt li postijiet bħall-Mużew tal-Belle Arti ta' Pushkin qegħdin jespandu b'mod kostanti. It-teatri ta' Moska jagħtu ġieħ lil Tchaikovsky u Chekhov, filwaqt li jippromwovu wkoll il-kompożituri u d-drammaturgi promettenti.

Iżda dan mhuwiex kollox. Moska tospita diversi wine bars, kafetteriji attraenti, ristoranti tas-sushi u ħwienet tal-birra, kif ukoll diskoteki esklussivi, bars li jdoqqu mużika blues u kafetteriji b'esebizzjonijiet tal-arti.

Il-belt hija wkoll ġenna tal-art għal dawk li tinteressahom l-istorja. It-torrijiet mibnija bil-brikks aħmar tal-Kremlin jiddominaw Moska, filwaqt li knejjes u monumenti li jikkomemoraw il-battalji u l-eroj tal-gwerra huma mxerrdin mal-kapitali kollha.

Kemm jekk tippreferi s-subborg ta' Sergiyev Posad, fejn jinstab l-akbar monasteru fir-Russja, kif ukoll jekk tippreferi Snegiri, fejn seħħet il-Battalja ta' Moska matul it-Tieni Gwerra Dinjija, tista' ssib bosta postijiet li għandhom storja twila f'Moska u li allura ma għandekx titlef.

L-Air Malta topera titjiriet bejn Malta u żewġ ajruporti ewlenin f'Moska, li huma l-Ajruporti Internazzjonali ta' Sheremetyevo u ta' Domodedovo. L-aħjar mod biex tasal fiċ-ċentru tal-belt huwa li tuża l-ferroviji tal-Aeroexpress, li joperaw bejn l-ajruporti u l-istazzjonijiet tal-metro u li jitilqu mill-ajruport kull 30 minuta.


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!