Otopeni

BOOK NOW

Otopeni

Malta to OtopeniBucharest
Bukarest, li hija magħrufa ħafna għat-toroq wesgħin tagħha bis-siġar fuq iż-żewġt iġnub, il-bini splendidu tal-Belle Epoque u reputazzjoni għal ħajja mgħaġġla u eċċitanti, hija l-akbar belt u l-kapitali tar-Rumanija. Bukarest inbidlet f'belt attiva ħafna li qiegħda tiffjorixxi. B'taħlita interessanti ta' karatteristiċi antiki u oħrajn ġodda, huwa faċli ħafna li ssib knisja ta' 300 sena maġenb bini modern.

Taħlita ta' blokok ta' djar griżi, palazzi Franċiżi b'faxxinu Barokk, knejjes medjevali u binjiet ta' uffiċini tas-seklu 21 irendu lil Bukarest f'belt mill-aktar attraenti. Leġġenda partikolari tgħid li l-belt twaqqfet fuq ix-xtut tax-Xmara Dambovita minn ragħaj bl-isem ta' Bucur. Il-melodiji li kienu joħorġu mill-flawt li kien idoqq affaxxinaw tant nies li semmew il-belt għalih.

Fid-daħla tal-belt kapitali hemm il-bini kbir magħruf bħala Casa Scanteii, li kien ġie ddisinjat mill-arkitett Horia Maicu u li jilqa' fih l-istamperiji u l-kmamar tal-aħbarijiet kollha ta' din il-belt kapitali. Il-monument Arch of Triumph, li nbena ad unur il-qlubija tas-suldati Rumeni, joffri lill-viżitaturi l-opportunità li jgawdu veduta panoramika tal-belt.

B'uħud mill-aqwa mużewijiet tal-pajjiż jinsabu f'Bukarest, it-turisti għandhom firxa wiesgħa ta' mużewijiet minn fejn jagħżlu. Iċ-ċentru storiku, li huwa magħruf bħala bażi attiv ħafna għall-istudenti, jittrasforma ruħu f'xena ta' divertiment għall-beraħ b'firxa wiesgħa ta' rappreżentazzjonijiet teatrali, operistiċi u films b'lingwi barranin li jiġu organizzati madwar il-belt.

Jekk inti interessat fit-turs tad-Dracula, għandek iżżur postijiet bħal Sighisoara, il-Monasteru Snagoc, Castle Bran Curtea Domneasca, li lkoll huma siti relatati mal-ħajja ta' Vlad Tepes, il-leġġendarju Konti Dracula.

Huwa faċli ħafna li tivvjaġġa mill-ajruport ta' Otopeni saċ-ċentru ta' Bukarest. B'karozzi tal-linja li jitilqu kull 20 minuta, il-vjaġġ ma għandux idum aktar minn 40 minuta. Barra minn hekk, tista' tuża wkoll is-servizz tal-ferroviji li jitilqu b'mod regolari lejn l-istazzjon ta' Bucuresti Nord, flimkien ma' servizz ta' trasport bil-minibus.


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!