Warsaw




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Varsavja


Malta to WarsawVarsavja

Varsavja, li hija belt li tbaqbaq bil-kultura, l-enerġija u l-azzjoni, sofriet ħafna matul is-snin, madankollu, irnexxielha tittrasforma ruħha b'mod brillanti. Minkejja l-qerda u t-tifrik li ħallew warajhom il-bombi li niżlu fuqha matul it-Tieni Gwerra Dinjija, tul is-snin, il-belt malajr reġgħet irkuprat dak li kien intilef.

Varsavja, li tabilħaqq hija mfawra bil-mużewijiet, tospita l-Warsaw Uprising Museum, kif ukoll żewġ mużewijiet ġodda li huma ddedikati kollha kemm huma għal Chopin u l-istorja Lhudija. Din il-belt, li hija magħrufa bħala l-kapitali kulturali tal-Polonja, għandha bosta teatri, ristoranti, mużewijiet, diskoteki u festivals li huma mxerrdin f'kull parti tal-belt.

Matul ix-xhur tas-sajf, Varsavja tinbidel f'belt aktar vivaċi.

It-torri ta' Varsavja, li nbena fl-1956, huwa l-itwal torri b'arloġġ b'erbat uċuh fid-dinja, filwaqt li huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar simboli arkitettorali żgħażugħa u fl-istess ħin għoljin u prominenti.

Din l-enerġija qawwija estendiet ukoll għax-xena mużikali prospettiva tal-belt. Biċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru fit-toroq, il-festivals tal-arti u l-għadd kbir ta' festivals tal-mużika li jiġu organizzati matul is-sena, il-belt ta' Varsavja qiegħda tibni reputazzjoni bbażata fuq ix-xena kulturalment differenti tagħha u divertiment bil-lejl tal-ogħla livell.

Stare Miasto (il-Belt l-Antika) hija waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali ta' Varsavja. Il-Belt l-Antika, li nqerdet kompletament matul it-Tieni Gwerra Dinjija, reġgħet inbniet b'tali mod li tkun tixbah id-dehra li kellha qabel mis-seklu 16 sas-seklu 18.

It-toroq iċċangati, id-djar u l-binjiet Gotiċi, flimkien mal-ħafna kafetteriji u mwejjed bi preżentazzjonijiet artistiċi armati fit-toroq iżejnu din iż-żona u affaxxinaw lit-turisti tul is-snin.

Il-Palazz tal-Kultura u x-Xjenza huwa wkoll post prominenti fid-distrett kummerċjali ta' Varsavja. Dan il-bini llum jospita uffiċini, teatru tal-pupazzi, Ċineplex, ħwienet u mużewijiet. Għal veduta mill-aktar memorabbli u panoramika, nissuġġerulek tibqa' tiela' sat-30 sular.

Il-kumpanija Air Malta topera vjaġġi lejn l-Ajruport Internazzjonali Frederic Chopin ta' Varsavja minn Vjenna. Il-karozzi tal-linja jitilqu minn quddiem is-sala tal-wasliet. Il-karozzi tal-linja MZA numri 175 u 188 iwasslu lit-turisti saċ-ċentru ta' Varsavja, inklużi l-istazzjon tal-ferrovija u ż-żona tal-Belt l-Antika. Barra minn hekk, huma disponibbli wkoll karozzi tal-linja għal distanzi twal li jgħaqqdu l-Ajruport Chopin ta' Varsavja ma' bliet oħrajn.





Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn