Istanbul

BOOK NOW

Istanbul

Malta to IstanbulIstanbul

Il-belt ta' Istanbul, li tinsab fil-fruntiera bejn il-Lvant u l-Punent, hija mogħnija b'koppli u minareti grandjużi. Istanbul, li hija waħda mill-bliet favoriti ta' Ian Fleming, l-awtur tas-serje tal-films ta' James Bond, affaxxinat lil dawk li jħobbu l-films minn din is-serje meta kienet l-isfond għal films bħal From Russia With Love The World is Not Enough.

Filwaqt li tlaqqa' flimkien elementi miċ-ċiviltà Biżantina, Rumana, Ottomana u Torka, matul is-sekli, Istanbul ittrasformat ruħha biex saret belt b'importanza kulturali. Din il-belt, li hija l-akbar waħda fit-Turkija, hija mfawra bl-enerġija u bl-arti, filwaqt li hija moderna u fl-istess ħin eleganti.

Wieħed mill-għeġubijiet teżori ta' Istanbul huwa l-Hagia Sophia. Dan il-bini, li serva bħala mużew għal aktar minn 77 sena, kien ċentru reliġjuż għal aktar minn 1400 sena.

Flimkien ma' firxa dejjem tikber ta' ristoranti, bars, galleriji tal-arti u klabbs, it-toroq ta' Istanbul huma mżejna wkoll b'moskej Ottomani imponenti. L-ammont kbir ta' bini storiku prominenti u galleriji tal-arti jagħtu l-opportunità lil dawk li jżuru din il-belt li jiskopru l-istorja estensiva tagħha. Madankollu, matul il-lejl, Istanbul tittrasforma ruħha f'mekka tad-divertiment mimlija ħajja. Il-bars, il-klabbs u r-ristoranti jkunu mimlijin bl-attività u d-divertiment hekk kif it-turisti jmorru bi ħġarhom sabiex jesperjenzaw id-divertiment bil-lejl fl-aqwa tiegħu.

Il-Bażaar Grandjuż ta' Istanbul jinsab bejn 12 u 15-il minuta mixi bogħod jew bi vjaġġ qasir bit-tramm minn Sultanahment, fejn jinsabu l-lukandi lussużi kollha. Nissuġġerulek li ma żżurx Istanbul għal ftit jiem biss, għaliex żgur ma tkunx tista' tinkludi kollox fl-iskeda tiegħek u allura tispiċċa titlef ħafna minn dak li għandha x'toffri din il-belt. F'Istanbul hemm ħafna x'tagħmel u x'tara u trid tħalli biżżejjed ħin għax-xiri u l-eskursjonijiet.

Huwa faċli ħafna biex tivvjaġġa lejn iċ-ċentru tal-belt mill-Ajruport ta' Ataturk. Il-karozzi tal-linja, il-metros żgħar u t-taxis kollha joperaw mill-ajruport saċ-ċentru ta' Istanbul.

Waqt li tkun f'Istanbul, irrilassa ftit f'waħda mill-ħafna kafetteriji tal-belt sabiex tieħu tè, kafè, sigarru jew nargile (pipa bl-ilma), kollha tipiċi tat-Turkija. Ipprova l-ikel aromatiku tat-Turkija jew duq sandwiċċ tradizzjonali magħmul mill-ħut ħdejn il-Qarn tad-Deheb u malajr tirrealizza għaliex din hija waħda mill-aktar bliet favoriti fid-dinja.


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!