Turkey

BOOK NOW

It-Turkija

Malta to TurkeyIt-Turkija

It-Turkija hija pajjiż li ma jmut qatt, imfawwar b'siti storiċi u ikel delizzjuż, fejn tista' tara bajjiet b'ramel abjad u muntanji maestużi li joffru xenarji straordinarji.

Ladarba tasal it-Turkija, tħossok qisek qomt minn raqda twila, hekk kif dlonk tkun tista' tammira d-diversi lwien u veduti li jħalluk bla nifs. Personalitajiet storiċi u sultani Ottomani kienu jitgħaxxqu fil-Palazz ta' Topkapi f'Istanbul imdawrin bil-membri tal-ħarem, ewnuki u rikkezzi oħrajn.

Waħda mill-aktar sorpriżi affaxxinanti għal dawk li jkunu qegħdin iżuru t-Turkija għall-ewwel darba huma l-pajsaġġi spettakolari li tista' ssib bejn il-bajjiet fil-baħar Eġew u l-muntanji tal-lvant. Irkeb cruise fuq il-Bosphorus f'Istanbul, żur is-swieq u d-diskoteki u gawdi mir-romantiċiżmu u d-divertiment li jaf joffri dan il-pajjiż.

Ipprova sports bħall-irkib taż-żwiemel jew l-isport tal-baħar f'żoni turistiċi bħal Cappadocia u l-kosti tal-lbiċ. F'żoni inqas iffrekwentati bħal dawk li hemm fil-Lvant, l-orizzont huwa mogħni bil-pjanuri tal-Meżopotamja antika u b'meded ta' muntanji. 

Matul is-sekli, it-Turkija attirat bosta turisti lejn ix-xtut tagħha. Ivvjaġġa lejn it-Turkija u tpaxxa bil-ġmiel naturali tagħha.

Il-vjaġġaturi li jivvjaġġaw lejn it-Turkija issa ser ikollhom japplikaw għall-visa tad-dħul tagħhom permezz tal-internet qabel ma jivvjaġġaw. Aqra aktar hawnhekk.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!