Olbia

BOOK NOW

Olbia minn Ruma

 

Fly to OlbiaOlbia

Din il-belt f'Sardinja toffri mijiet ta' kilometri ta' kosta, li huma estiżi fuq bajjiet mhux mittiefsa, irdumijiet u qaliet, li kollha jagħtu għall-Baħar tant sabiħ tal-Mediterran. L-opportunitajiet għall-għawm huma infiniti, kemm jekk trid tinqata' minn kulħadd f'bajja żgħira biex toqgħod ftit waħdek, jew fil-beraħ tal-ġmiel ta' bajja ramlija ppakkjata bin-nies. Ivvjaġġa lejn il-klima Mediterranja sħuna ta' Olbia, li hija perfetta għall-għawm matul il-parti l-kbira tas-sena.

Minbarra l-baħar u x-xemx, Olbia toffri wkoll teżori kulturali u storiċi. Is-siti arkeoloġiċi li wieħed għandu jżur jinkludu n-nuraghe ta' Mulinu Riu (Cabu Abbas), il-Qabar tal-Ġganti ta' Su Monte de S'Abe, il-bir nuraġiku sagru ta' Sa Testa, il-ħajt Puniku bejn via Torino u via Acquedotto, il-Castelo di Pedres u dak ta' Sa Paulazza, l-Akkwadott Ruman u r-razzett Ruman li jinsab f'S'Imbalconadu tul it-triq li tagħti għal Padru.

Fil-mużew Arkeoloġiku Nazzjonali li jinsab fuq l-Isolotto di Peddone wieħed jista' jara terrazzin ċentrali fejn jinsabu xwieni Rumani li ġew skoperti dan l-aħħar. F'dan il-mużew tista' tara wkoll filmat awdjoviżiv li juri rappreżentazzjonijiet ta' diversi battalji antiki fuq il-baħar.

Fl-imgħoddi, il-ħajja rurali f'dan il-post kienet iddominata mill-produzzjoni agrikola u l-ħajja pastorali, u dan huwa rifless fil-kalendarju ta' avvenimenti organizzati fil-belt. Avvenimenti bħall-ewwel ħsad, sa meta jinżera l-frott u l-ġbir tal-għeneb f'Settembru, flimkien ma' diversi festi reliġjużi, isawru l-bażi għad-diversi festivals li jiġu organizzati matul is-sena, li kollha jinvolvu ikel, ċerimonji u jilħqu l-qofol tagħhom bil-kant u ż-żfin tipiku ta' din iż-żona.

Ċertament wieħed ma jistax ma jitkellimx dwar l-ikel tradizzjonali ta' Olbia. Dan jinkludi varjetà wiesgħa ta' ingredjenti, mill-għasel sal-frott tal-baħar frisk, il-laħam, il-ġobon u, naturalment, l-inbid.

L-element tradizzjonali għadu qawwi ħafna, kif wieħed jista' jistenna minn poplu tant kburi. F'diversi stabbilimenti tal-ikel wieħed għadu jista' jordna platti tipiċi bħaż-Zuppa Gallurese, li hija delizzjuża ħafna.








Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!