Hanover




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Hanover


Malta to HanoverHanover

Il-ġonna mirquma, ix-Xmara Leine sserrep u l-palazzi u l-edifiċji storiċi imponenti joffru btala rilassanti u mingħajr stress. Madankollu, Hanover għandha wkoll il-lat eċċitanti tagħha, bħall-Oktoberfest ta' Hanover, il-Ġnien Żoologiku ta' Hanover u, ovvjament, l-aktar esportazzjoni famuża tal-mużika rock minn din il-belt – il-grupp tal-mużika rock The Scorpions.

B'mod konsistenti max-xejra kummerċjali qawwija tagħha, Hanover torganizza b'mod regolari l-iżjed fiera teknika famuża fil-kalendarju ta' kull min iħobb l-apparat teknoloġiku – CeBIT. Din hija l-akbar fiera kummerċjali fid-dinja tal-kompjuters, mifruxa fuq spazju għall-esebizzjoni ta' kważi miljun metru kwadru.

Minbarra li hija mekka għal min iħobb il-logħob, għan-nies tal-industrija u għall-professjonisti tal-kompjuters, il-fiera tattira wkoll mijiet ta' konsumaturi, li jkunu jridu jixtru l-aħħar prodotti, jew sempliċiment jistagħġbu bl-aktar teknoloġija avvanzata.

Dawk kollha li jħobbu l-ġonna ma għandhomx jonqsu milli jżuru l-Ġonna Rjali ta' Herrenhausen f'Hanover. Dan il-ġnien mirqum b'mod perfett huwa meqjus b'mod ġenerali bħala l-aqwa eżempju ta' ġonna formali Barokki fl-Ewropa kollha. Anki jekk il-ġardinaġġ u l-apprezzament ta' dak kollu li huwa organiku mhuwiex il-qasam tiegħek, il-Ġonna Rjali joffru lill-viżitaturi spazju abbundanti sabiex jirrilassaw u jassorbu dan ix-xenarju maestuż. Fil-fatt, il-ġonna huma post favorit mar-residenti ta' din il-belt għal ħarġa rilassanti.

Filwaqt li wieħed jista' jaħseb mill-ewwel fi Munich meta jsemmi l-Oktoberfest, il-verżjoni ta' Hanover ta' din il-festa ta' birra u bratwurst ma għandhiex tiġi injorata. L-Oktoberfest ta' Hanover tattira 'l fuq minn miljun viżitatur kull sena u tkun mifruxa fuq 16-il jum ta' xorb tal-birra. L-attrazzjonijiet jinkludu żewġ tined tal-birra, 'il fuq minn 150 rikba, stands b'ikel ħafif u, sintendi, aktar u aktar birra.

Il-Ġnien Żoologiku ta' Hanover jinkludi għadd ta' żoni tematiċi tul mogħdija ta' ħames kilometri. Id-disinjaturi tal-Ġnien Żooloġiku riedu jagħtu esperjenza totali lill-viżitaturi billi kemm jista' jkun naqqsu l-ostakoli viżibbli. Din l-esperjenza hija bbilanċjata ma' kunsiderazzjonijiet dwar il-benesseri tal-annimali. Iż-żoni tematiċi tal-ġnien żooloġiku jkopru diversi reġjuni mid-deżert tat-Tramuntana tal-Kanada għas-Savanna Afrikana fiz-Zambeżi.

Bil-għan li tgħin lill-viżitaturi jsibu triqithom madwar il-belt, l-amministrazzjoni ta' Hanover ħolqot il-‘Ħajta Ħamra’ – linja ħamra li timmarka mixja madwar il-belt li tieħdok fil-postijiet interessanti prinċipali kollha.

Il-mixja tibda mill-Uffiċċju tal-Informazzjoni għat-Turisti u tintemm fil-Pjazza Ernst-August quddiem l-istazzjon ċentrali. Naturalment, jekk il-pass bil-mixi huwa bil-mod wisq għalik u tinzerta li għandek trasport mekkanizzat, dejjem tista' tmur għal vjaġġ fuq l-Autobahn, medda ta' awtostrada li ma għandha ebda limitu uffiċjali fuq il-veloċità.




Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn