Paris




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Pariġi


Malta to ParisPariġi

Pariġi hija belt li ftit li xejn għandha bżonn introduzzjoni. Anki dawk li qatt ma mxew fit-toroq wesgħin tagħha b'fillieri ta' siġar fuq iż-żewġt iġnub u b'faċċati impekkabbli, b'xi mod żgur ‘żaru’ din il-belt famuża mad-dinja kollha.

Permezz tal-films jew il-kotba favoriti tagħna, jew minn dak li smajna jgħidu l-ħbieb tagħna wara mawra riċenti fil-Belt tal-Imħabba, ilkoll kemm aħna nistgħu ngħidu li żorna Pariġi. Iżda xejn ma jista' jieħu post l-esperjenza proprja li tkun f'Pariġi – hija attakk mingħajr paraguni fuq is-sensi.

Żur is-swieq tal-fjuri fil-belt u ara b'għajnejk l-isplużjoni ta' lwien. Imxi tul triq tas-suq u xomm il-ġobon bi rwejjaħ qawwija, il-qastan jinxtewa b'riħa tfuħ u l-ikel moħmi li jaqsamlek qalbek. L-akbar sigriet ta' Pariġi huwa l-abbiltà tagħha li ġġiegħelna lkoll insiru nħobbuha.

Jekk tkunx mixja fir-rebbiegħa mal-ġenb tas-Seine, passiġġata fil-Ġnien tat-Tuileries jew quddiem il-Mona Lisa, Pariġi żgur ser issaħħrek u tħallik tixxennaq li terġa' lura.

Lil hinn minn dan kollu, Pariġi toffri firxa ta' attrazzjonijiet kif jixraq lil belt ta' klassi mondjali. L-iżjed famuż fosthom kollha huwa t-Torri Eiffel – struttura tal-azzar solidu mibnija għall-Fiera Dinjija tal-1889.

Filwaqt li llum ħafna jqisu dan il-monument bħala cliché, xorta għad għandu forza manjetika enormi, tant li kull sena jżuruh aktar minn 7 miljun ruħ, li jitilgħu fuqu sabiex jitpaxxew bil-veduti meraviljużi tiegħu.

Il-mużewijiet f'Pariġi huma l-għira ta' bliet oħrajn madwar id-dinja kollha – mill-famuż Louvre bil-kobor immens tiegħu (fil-fatt trid diversi ġranet biex tkun tista' tgħid li rajt il-mużew kollu) għall-mużew ftit inqas magħruf iżda li tista' dduru iżjed faċilment, il-Musée d'Orsay, famuż għall-iskultura u l-kapolavuri impressjonisti tiegħu, kulħadd ser isib xi ħaġa li tinteressah. Barra minn hekk, f'din il-belt issib saħansitra mużew dwar id-drenaġġ: il-Musée des Égouts għal dawk interessati f'dak is-suġġett.

Ix-xmara Seine hija ċentrali għall-ħajja f'Pariġi – hija taqsam il-belt fix-xtut tal-lemin u tax-xellug. Filwaqt li dawn iż-żewġ diviżjonijiet ma għadhomx distinti daqs kemm kienu darba, ix-Xatt tax-Xellug għadu xi ħaġa aktar ta' Boemja artistika, filwaqt li x-Xatt tal-Lemin għandu tendenza li jkun ftit aktar formali. Madankollu, ħafna mill-attrazzjonijiet prinċipali tal-belt jinsabu fix-Xatt tal-Lemin.



Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn