Lyon

BOOK NOW

Lyon


Malta to LyonLyon

Lyon, il-belt fejn twieldu l-aħwa Lumière u l-kapitali gastronomika de facto ta' Franza, hija belt Rumana antika b'sens komtemporanju deċiżament vibranti u ideali għal dawk li għandhom passjoni għal dak kollu li għandha x'toffri l-ħajja.

Ibda l-vjaġġ tiegħek mill-quċċata tal-Għolja Fourvière fil-Punent tal-parti l-qadima ta' din il-belt u assorbi l-panorama meraviljuża ta' Lyon kollha kemm hi. Huwa minn dan il-post fil-għoli li tasal tikkonkludi li, kif qal Denis Trouxe – President tal-Uffiċċju Turistiku ta' Lyon -  “Lyon hija fuq skala umana – tista' tassorbiha kollha, madankollu, hija meraviljuża u armonjuża għall-aħħar.”

Għal dawk li jħobbu l-ikel tajjeb, Lyon għandha ħafna x'toffri. Il-possibbiltajiet tal-ikel ivarjaw mill-furnara fil-kantunieri, bl-aromi tagħhom ifewħu t-triqat u jħajru lil dawk kollha li jkunu għaddejjin b'ħobż frisk u ikel magħmul mill-għaġina, għall-istabbilimenti lussużi u għaljin ta' eċċellenza kulinarja.

Wara kollox, Lyon hija d-dar tal-kok ċelebri tan-Nouvelle Cuisine, Paul Bocuse, li huwa magħruf għall-fatt li daħħal in-Nouvelle Cuisine fid-dinja. Iżda kif intqal bosta drabi, tiekol x'tiekol f'Lyon u tieklu fejn tieklu, ser ikun tajjeb żgur, għaliex in-nies ta' Lyon huma bir-raġun kollu kburin bil-kċina tagħhom.

Fl-1998, Lyon saret Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO – rikonoxximent mistħoqq għal belt li l-istorja tagħha tinfirex fuq żewġ millennji u tinkludi eżempji fini ta' arkitettura Rumana, Medjevali u moderna. 

Mill-Amfiteatru Ruman miżmum tant tajjeb, għat-toroq iċċangati Medjevali u pittoreski ta' Vieux Lyon, sal-Place Bellecour (waħda mill-akbar pjazez miftuħa fl-Ewropa), Lyon toffri lil dawk li jżuruha kull opportunità sabiex jassorbu l-faxxinu storiku tagħha.







Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!