Copenhagen

BOOK NOW

Kopenħagen


Malta to CopenhagenKopenħagen

Kopenħagen, li hija waħda mill-eqdem bliet kapitali tal-Ewropa b'laqta rjali, hija wkoll waħda mill-aktar bliet kapitali mfittxija fit-Tramuntana tal-Ewropa. Din il-belt, li hija kbira biżżejjed biex titqies bħala waħda metropolitana, taffaxxina lil ħafna għall-bosta opportunitajiet ta' xiri li toffri, il-kultura tagħha u d-divertiment ta' bil-lejl, madankollu, xorta huwa konsiderevolment faċli u mingħajr periklu li tivvjaġġa u tqatta' ħinek fiha.

Kulturalment u ġeografikament, Kopenħagen tinsab sewwasew fin-nofs bejn l-Ewropa kontinentali u r-reġjun distint tal-Iskandinavja. L-arkitettura moderna u d-disinn prima klassi jiltaqgħu flimkien biex jagħtu lil Kopenħagen dik id-dehra fantastika. 

Hemm ħafna x'tesplora u x'tiskopri waqt li tkun f'Kopenħagen. Waqt li tkun miexi f'waħda mit-toroq ta' din il-belt, ser tibqa' mmeraviljat bil-mużika li toħroġ mill-kantini tagħha. Hawnhekk, il-kafetteriji u r-ristoranti b'kunċett ġdid ikunu mimlijin attività eċċitanti l-ħin kollu.

F'Kopenħagen, in-nies ma joqogħdux jistennew li jasal tmiem il-ġimgħa biex joħorġu jiddevertu. Issa saret moda wkoll li n-nies joħorġu f'nofs il-ġimgħa, fejn il-ħwienet tax-xorb u l-kafetteriji jkunu mfawrin bl-attività.

Il-kanali, il-pjazez bl-art iċċangata u l-ispiri tar-ram huma addizzjoni fantastika mal-patrimonju ta' din il-belt. Kopenħagen, li b'sens ta' kburija ilha l-belt kapitali tal-pajjiż għal madwar 400 sena, hija mibnija pjuttost fil-baxx, fejn fl-orizzont wieħed ma jara xejn ħlief ftit kampnari tal-knejjes.

Matul is-snin, il-belt kapitali kompliet tikber – miċ-ċentru storiku għal ħafna mill-binjiet storiċi, parks, pjazez pubbliċi u spazji ħodor tagħha.

Qatta' ġurnata fit-Tivoli Amusement Park, fejn hemm ir-roller coaster tal-injam magħrufa bħala Rutsjebanen. B'mod alternattiv, tista' tirkeb dgħajsa li tgħaddi mill-kanali tal-ilma u tgawdi tur tax-xatt jew inkella tieħu birra Daniża barra wieħed mill-ħwienet tax-xorb ewlenin li hemm tul in-Nyhavn Canal. Huwa possibbli wkoll li tagħmel ix-xiri tiegħek fiż-żona mingħajr karozzi ta' Stroget jew iżżur wieħed mill-ħafna mużewijiet tal-belt.

Hemm diversi għażliet disponibbli biex tasal fiċ-ċentru ta' Kopenħagen mill-Ajruport. Permezz tal-Metro, inti tista' tivvjaġġa mill-Ajruport lejn Kongens Nytorv saċ-ċentru ta' Kopenħagen fi 15-il minuta. Il-ferroviji jitilqu kull 20 minuta mill-Istazzjon Ċentrali ta' Kopenħagen u jaslu fiċ-ċentru tal-belt fi 30 minuta. Il-linji tal-karozzi tal-linja 12, 30, 36 u 250S jitilqu wkoll mill-ajruport u jagħmlu numru ta' waqfiet konvenjenti fi triqithom lejn Kopenħagen.






Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!