Denmark




BOOK NOW

Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Id-Danimarka


Malta to DenmarkId-Danimarka

Bit-toroq iċċangati u mserrpin tagħha, id-Danimarka hija wieħed mill-aktar postijiet elettrifikanti fl-Ewropa. Waqt mixja rilassanti f'waħda mill-bliet ewlenin tagħha malajr tirrealizza li r-ristoranti b'diversi stilel Michelin li joffru ikel fin u delizzjuż huma n-norma hawnhekk, tant li t-toroq huma mimlijin bihom u jrendu lid-Danimarka f'destinazzjoni kulinarja eċċellenti.

Minbarra l-belt kapitali Kopenħagen, id-Danimarka tospita wkoll għadd ta' rħula rurali vivaċi u pittoreski bħal Ribe u Odense. Il-knejjes medjevali, il-kastelli Rinaxximentali u l-villaġġi tas-seklu 18 kollha jagħmlu lid-Danimarka post mill-aktar attraenti għat-turisti. Il-fdalijiet tal-vikingi huma biss wieħed mill-eżempji tal-istorja twila u dettaljata tan-nazzjon.

Id-Daniżi, li huma rinomati għall-pastiċċerija Daniża tant delizzjuża, huma magħrufin għas-simpatija tagħhom u għall-mod ġentili kif jilqgħu lin-nies, speċjalment lill-barranin.

Filwaqt li hija miżgħuda b'bajjiet sbieħ u meded kbar ta' foresti, id-Danimarka hija wkoll konsiderevolment ekonomika meta mqabbla ma' destinazzjonijiet Skandinavi oħrajn.

Il-pajjiż jaħseb għal firxa wiesgħa ta' ġeneri ta' mużika, inkluż il-festival ta' Roskilde, li huwa popolari ħafna mad-dilettanti tal-mużika rock. F'kuntrast ċar, id-Danimarka toffri wkoll kenn u xalata sħiħa għal dawk li jfittxu x-xenarji pittoreski tal-kampanja.




Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn