Prague

BOOK NOW

Praga

Malta to PraguePraga

Praga għandha atmosfera mill-aktar romantika. Kemm jekk fil-kliem tax-xogħlijiet ta' Milan Kundera li jidwi tul it-toroq tal-belt, jew it-tifkiriet riċenti tal-kuraġġ tar-Rivoluzzjoni tal-Bellus, li waqqgħet il-ħakma Komunista, din il-ġawhra ta' belt Ewropea tħalli lit-turisti li jkunu ser jitilqu minnha b'xewqa kbira li jerġgħu lura biex igawdu l-ġmiel li toffri maġenb ix-xmara. 

Il-Pont Charles – kapolavur Gotiku – jgħaqqad iż-żewġ nofsijiet ta' din il-belt, maqsuma mix-Xmara Vltava. Li taqsam dan il-pont antik tal-ġebel huwa parti minn waħda mill-aktar mixjiet pittoreski fl-Ewropa l-antika kollha kemm hi, mixja li tilħaq il-qofol tagħha fil-Kastell ta' Praga, li huwa l-akbar kastell fid-dinja b'erja ta' aktar minn 70,000 metru kwadru.

L-arkitettura unika ta' dan il-kastell hija influwenzata tista' tgħid minn kull stil prinċipali mill-bidu tiegħu iżjed minn 1000 sena ilu u l-kastell jibqa' wieħed mill-iżjed simboli kulturali importanti għar-Repubblika Ċeka kollha kemm hi. Id-dħul fil-kastell huwa mingħajr ħlas, iżda l-bosta esebizzjonijiet affaxxinanti li hemm ġewwa kollha għandhom il-ħlas tad-dħul partikolari tagħhom.

Żjara fi Praga ma tkunx kompluta mingħajr ma dduq xi ftit mill-pilsner famuża li tiġi offruta; wara kollox, din hija l-art minn fejn oriġina n-nektar tant famuż.

Din hija xarba għal qalb ħafna n-nies tal-lokal u jikkonsmaw ammonti kbar minnha servuta f'tazzi twal. X'aktarx li l-aħjar post biex tirrilassa b'tazza jew tnejn huwa fil-Pjazza l-Qadima tal-Belt, li tinsab fil-Lvant tal-Pont Charles.

Dan l-ispazju miftuħ wiesa' jikkuntrasta bil-kbir mat-toroq dojoq u mserrpin tal-belt u joffri lil min ikun għajjien minn xi mixja l-opportunità li jirrilassa u jgawdi l-ġmiel arkitettoniku tal-bini Gotiku u Barokk.

L-Arloġġ Astronomiku famuż ta' Praga jinsab ukol fil-Pjazza l-Qadima tal-Belt. Dan il-monument meraviljuż imur lura għas-seklu ħmistax, li jagħmlu l-eqdem arloġġ astronomiku li jaħdem fid-dinja. Matul dawn l-aħħar sekli, l-arloġġ ilu jpaxxi lil dawk kollha li jżuru din il-belt bid-daqq ħelu tiegħu kull siegħa.

Dawk li jħobbu l-arti żgur mhux ser jiddiżappuntaw ruħhom meta jżuru Praga. It-Teatru Nazzjonali tal-belt huwa istituzzjoni antika bi storja ta' sekli sħaħ li jippreżenta tliet dixxiplini: id-drama, iż-żfin tal-ballet u l-opri. Ir-Rudolfinum huwa awditorju mużikali u jospita l-Orkestra Filarmonika Ċeka. Dan il-bini neoklassiku jinkludi s-Sala Dvořák, li hija waħda mill-eqdem swali tal-kunċerti fl-Ewropa.



Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!