Sofia

BOOK NOW

Sofia

Malta to SofiaSofia

Sofia, belt li tinsab tabilħaqq f'salib it-toroq, fejn il-Lvant jiltaqa' mal-Punent, fejn l-antik u l-ġdid jidħlu f'xulxin u fejn il-fdalijiet tal-komuniżmu antik, bil-faxxinu romantiku tiegħu, jiltaqa' mat-twerdin qawwi ta' belt kosmopolitana moderna. 

Madankollu, hija l-ikonografija u l-arkitettura reliġjuża tal-belt li tispikka mill-ewwel. Sofia tospita l-Katidral ta' Alexander Nevski, eżempju mill-aqwa tal-arkitettura Neo-Biżantina. Il-knisja għandha koppla b'għoli ta' 45 metru, ibbanjata bid-deheb, li tintgħaraf b'mod ċar minn mili 'l bogħod. 

Ġewwa, issib dekorazzjoni abbundanti b'irħam Taljan, alabastru, oniċi u deheb. Il-knisja nbniet b'dedika għall-mijiet ta' eluf ta' suldati Russi li mietu fil-Gwerra Russo-Torka. Il-knisja għandha wkoll mużew b'waħda mill-akbar kollezzjonijiet ta' ikoni reliġjużi minn madwar il-pajjiż kollu.

Sofia għandha ħafna knejjes oħrajn li jimmeritaw żjara, fosthom il-Knisja Boyana – knisja Ortodossa Bulgara medjevali b'affreski kbar li jmorru lura għas-seklu 13.

Kif jixraq lil belt Ewropea ewlenija, Sofia għandha bosta żoni u parks ekoloġiċi, fosthom il-Borisova Gradina Park. Dan il-park fih żewġ stadji, kampijiet tat-tenis, mogħdijiet għar-roti u żoni maħsuba għad-divertiment. 

Wieħed mill-aktar aspetti interessanti huwa l-monument enormi tat-Tomba tal-Fratellanza fin-naħa tal-Lvant tal-park. Bħal bosta monumenti Sovjetiċi, dan ċertament li mhuwiex nieqes mid-drama, billi jinkludi obelisk b'għoli ta' 42 metru, kif ukoll statwi drammatiċi ta' suldati u ħaddiema jmexxu 'l quddiem il-kawża tagħhom b'ċertu sens ta' dmir.

Sofia hija belt tal-futbol, b'diversi timijiet attivi, fosthom CSKA u Levski, li jgawdu segwitu b'saħħtu. Jekk tkun fil-belt, ma għandekx titlef li tara logħba futbol, kemm jekk fil-grawnd jew inkella f'bar jew kafetterija mimlija bin-nies.

Madankollu, żomm f'moħħok din id-drawwa stramba – il-Bulgari ġeneralment iċaqilqu rashom mix-xellug għal-lemin biex ifissru iva, u 'l fuq u 'l isfel biex ifissru le, għalhekk, jekk ma tridx tidħol f'diskussjonijiet jaħarqu dwar il-futbol, ftakar li trid taqleb il-movimenti ta' rasek bil-maqlub!


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!