Brussels

BOOK NOW

Brussell

Malta to BrusselsBrussell

Brussell hija magħrufa b'mod ġenerali bħala l-belt kapitali tal-Ewropa, iżda minbarra li tospita l-istituzzjonijiet ċentrali tal-UE u l-Ewrokrati li jżuruha, hija destinazzjoni ideali għal dawk li jħobbu x-xiri, għall-entużjasti tal-istorja u għal dawk li jħobbu l-ikel u x-xorb tajjeb.

Brussell hija magħrufa sewwa għad-delikatezzi gastronomiċi tagħha. Il-ħwienet abbundanti taċ-ċikkulata fina għandhom iħajru wkoll lill-aktar vjaġġatur puritaniku.

Famużi għall-aktar pralini delizzjużi (Jean Neuhaus minn Brussell ivvinta l-pralina100 sena ilu), il-bejjiegħa tal-kreazzjonijiet ta' ċikkulata fina fil-belt qegħdin itellgħu dan il-prodott favorit qadim għal livelli għolja ġodda, b'togħmiet eżotiċi bħall-kardamonu, il-lavanda u l-frotta tal-fjura tal-Passjoni, iżda t-tentazzjoni ma tiqafx hemmhekk.

Brussell hija famuża wkoll għal pjaċiri oħrajn ta' togħma tajba, fosthom il-molluski, servuti fl-ikla famuża moules frites. U jekk jaqbdek l-għatx, Brussell għandha ħafna x'toffrilek – din il-belt tista' tiftaħar b'aktar minn 500 tip ta' birra minn fejn tagħżel. Aqsam magnum (3 litri) ta' birra unika lokali filwaqt li tirrilassa fil-Grand Place

Għal dawk iżjed attivi, mixja madwar din il-ġawhra Ewropea tippermettilek li tesperjenza l-karattru veru tal-belt. Hawnhekk issib uħud mill-aqwa mużewijiet, fosthom ir-Royal Museum of Fine Arts tal-Belġju, b'aktar minn 2000 esebit li jinkludu l-ifjen kapolavuri Beġjani u Ewropej, fosthom xogħlijiet ta' Bruegel, Bosch, Rubens u Magritte. 

Magritte Museum huwa mużew iddedikat kollu kemm hu għax-xogħlijiet ta' Magritte, li kien artist surrealist Belġjan. Id-dħul fil-mużew ikun mingħajr ħlas kull l-ewwel Erbgħa ta' kull xahar. 

Jekk ix-xiri qiegħed fuq quddiemnett tal-aġenda tal-ivvjaġġar tiegħek, aqbeż qabża sa Avenue Louise, vjal sabiħ mimli siġar fuq iż-żewġ naħat famuż għall-ħwienet tiegħu. Dawk li qegħdin ifittxu li jagħmlu gwadann tajjeb jistgħu jerħulha għal hemm, fejn jistgħu jsibu kollox, minn arti sa oġġetti tal-kċina, iżda hija l-modista li hemm ġo fik li għandha ssib l-akbar pjaċir. Fuq kollox, din il-ġenna ta' ħwienet taħseb f'dawk li jħobbu l-aħħar moda u, għalhekk, hawnhekk ser issib l-aħħar xejriet tal-passarella kollha f'post wieħed.


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!