Vienna

BOOK NOW

Vjenna

Malta to ViennaVjenna

Vjenna tista' tkun esperjenza differenti għal kull min iżurha. Għal xi wħud, hija l-art tal-mużika u ż-żfin: Il-Vienna Boys Choir, Schubert, Haydn u The Waltz. Għal oħrajn, hija belt Ewropea tipika, b'taħlita ta' passat uniku u rikk ma' preżent kosmopolitan vibranti. 

Hemm ukoll dawk li jsemmu u jfittxu l-famuża Sacher Torte u, ngħiduha kif inhi, min jista' jlumhom (leġġenda urbana tgħid li spiji Ġappuniżi kienu ntbagħtu fil-Lukanda Sacher biex jisirqu r-riċetta għal dan il-kejk taċ-ċikkulata delizzjuż).

Wara li jillandjaw fl-Ajruport Internazzjonali ta' Vjenna, dawk li jżuru din il-belt Ewropea vibranti jistgħu jivvjaġġaw lejn iċ-ċentru tal-belt malajr u b'mod komdu (billi jirkbu ferrovija express jew is-City Airport Train – CAT). Ladarba jkunu qegħdin hemmhekk, il-viżitaturi jkollhom xelta vasta ta' possibbiltajiet minn fejn jagħżlu.

Matul ix-xhur aktar sħan tas-sena, il-bajjiet tul id-Danubju joffru post mill-aqwa għal min irid jirrilassa. B'mod alternattiv, tista' tqatta' wara nofs in-nhar rilassanti tosserva n-nies għaddejjin u tieħu xi ħaġa tajba f'xi wieħed mill-aktar kafetteriji famużi u ospitabbli fl-Ewropa.

L-aktar karatteristika prominenti tal-belt kapitali tal-Awstrija hija x-Xmara Danubju, xmara mill-isbaħ perfetta għal kruż ġentili minn fejn tkun tista' titpaxxa u tosserva diversi postijiet ta' interess. Ix-xmara tinqasam fil-Kanal tad-Danubju, li jgħaddi b'mod parallel max-xmara prinċipali, u huwa tul dan il-kanal fejn jinsabu wħud mill-aktar siti storiċi u pittoreski ta' Vjenna.

Vjenna hija diskutibilment waħda mill-aktar bliet ekoloġiċi fl-Ewropa. Mhux biss hija mdawra b'imsaġar il-ġmiel tagħhom, inkluż is-sit spettakolari ta' Wienerwald – żona msaġġra lejn it-tramuntana – iżda kważi nofs il-belt hija komposta minn parks u żoni ekoloġiċi oħrajn.



Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!