Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Kategoriji tal-ivvjaġġar

Għażliet Imfasslin Madwarek

L-ivvjaġġar mal-Air Malta jżid il-flessibbiltà u jagħtik aktar kontroll.

Ivvjaġġa Kif Trid

Agħżel bejn Business jew Economy Class biex tiddetermina l-livell ta' kumdità u faċilitajiet tiegħek fuq l-art u fl-ajru. Barra minn hekk, irrispettivament mill-kategorija tal-vjaġġ tiegħek, tista' tagħżel noll ‘Saver’ jew ‘Flexi’, li joffrilek l-għażla ta' noll aktar baxx jew inkella aktar flessibbiltà għall-arranġamenti tal-ivvjaġġar tiegħek jew għal kwalunkwe tibdil tal-aħħar minuta.

L-għażla ‘Saver’ tipprovdi valur kbir għall-flus u hija ideali għal min jivvjaġġa għad-divertiment. Il-klijenti jibbenifikaw minn check-in bl-internet jew bil-mowbajl, konċessjoni ġeneruża ta' bagalji u ikliet b'xejn abbord. L-għażla Flexi fil-Kategorija Economy tagħtik il-libertà addizzjonali li tagħżel is-siġġu tiegħek minn qabel, kif ukoll iżjed għażliet biex tbiddel id-dati tal-ivvjaġġar tiegħek jew saħansitra biex tħassar il-vjaġġ.

Tir fil-Għoli mal-Business Class tal-Air Malta

Meta tivvjaġġa fil-kategorija Business Class ikollok aċċess għall-ifjen esperjenza offruta mill-Air Malta.

Għaddi mill-ajruport aktar malajr bis-saħħa taż-żona ta' check-in iddedikata għalik fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Ovvjament, hawnhekk titwaħħal tikketta għal immaniġġjar ta' prijorità mal-bagalja tiegħek u mbagħad inti tkun tista' tinqata' għal ftit tal-ħin mid-dinja ta' barra permezz ta' aċċess għas-Sala ‘La Valette’, fejn tista' tistrieħ u tirrilassa. L-għażla ‘Flexi’ tal-Business Class tagħtik ukoll l-opportunità li tħassar titjira jew li tbiddel id-dati tal-ivvjaġġar tiegħek jekk tinqala' l-ħtieġa.

Dan huwa sommarju ta' wħud mill-benefiċċji assoċjati mal-ivvjaġġar fil-kategorija Business Class tal-Air Malta: 

Mogħdija rapida Meta tkun ser titlaq minn Malta, tingħata prijorità meta tiġi biex tgħaddi mill-kontrolli tas-sigurtà għal ġos-sala u l-bieb tat-tluq.
Kabina Separata Gawdi l-atmosfera ta' spazju ta' kabina separata b'ekwipaġġ tal-kabina ddedikat u mħarreġ apposta.
Arranġament tas-siġġijiet  It-tqassim imtejjeb tas-siġġijiet jipprovdi spazju akbar għas-saqajn b'mejda bejn kull żewġ siġġijiet.
Menus speċjali Ipprova numru ta' platti internazzjonali kkumplimentati b'għażla ta' nbejjed lokali.
Xorb b'xejn Servizz ta' xorb mingħajr limitu, inkluża xampanja.



Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
L-abbonament tneħħa!
L-email tiegħek tneħħa mil-lista tagħna.
L-abbonament tneħħa!
Żidna l-email tiegħek mal-lista tal-emails li jirċievu n-newsletter tagħna.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
L-isem huwa meħtieġ... 
L-isem ma jistax ikun itwal minn 50 karattru... 
Il-kunjom huwa meħtieġ... 
Il-kunjom ma jistax ikun itwal minn 50 karattru... 
L-email huwa meħtieġ... 
L-email ma jistax ikun aktarm minn 250 karattru... 
Email invalidu... 
Grazzi! Żidna l-email tiegħek mal-lista tagħna. 
Jekk jogħġbok agħżel pajjiż... 
Isem
Kunjom
Email
Pajjiż
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn