Assigurazzjoni tal-Ivvjaġġar
Serħan il-Moħħ Totali mal-Air Malta
Ikseb assigurazzjoni tal-ivvjaġġar komprensiva
Meta tivvjaġġa f'pajjiż ieħor, nirrakkomandaw li tagħmel assigurazzjoni tal-ivvjaġġar sabiex tipproteġik kontra inċidenti mhux mistennija.
Mhux l-ewwel darba li persuna tinsa tagħmel assigurazzjoni adegwata u tispiċċa tħallas kontijiet kbar meta xi ħażina tmur ħażin jew jekk tkun meħtieġa kura medika għall-għarrieda.
Tħallix dan jiġri lilek – l-assigurazzjoni komprensiva tagħna hija soluzzjoni konvenjenti bi prezz kompetittiv. U issa tista' sserraħ moħħok li inti protett kompletament, jiġri x'jiġri.
Ibbukkja l-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar tiegħek hawnhekk
Għaliex għandek tibbukkja l-assigurazzjoni issa?
Tinsiex.
Ikseb l-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar tiegħek waqt li tkun qed tippjana l-bqija tal-vjaġġ tiegħek lejn Malta, bil-għan li jkollok moħħok mistrieħ.
Tinkwetax.
Toqgħodx tinkwieta dwar x'jista' jiġri u gawdi l-btala jew il-vjaġġ tiegħek, b'moħħok mistrieħ li għandek l-affarijiet essenzjali koperti.
Garanzija ta' sodisfazzjon.
Il-faċilità tagħna għall-prenotazzjoni tal-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar tiegħek bl-internet tagħtik għażla flessibbli biex tikseb kopertura finanzjarja sabiex isserraħ moħħok li inti protett. Il-pakkett ta' assigurazzjoni komprensiva fuq l-ivvjaġġar joffri:
- Spejjeż ta' kanċellazzjoni jew limitazzjoni,
- Spejjeż mediċi ta' emerġenza u spejjeż assoċjati,
- Telf tal-passaport,
- Beni personali li jaslu tard,
- Beni personali,
- Flus personali,
- Inċident personali,
- Telf tat-titjira,
- Tluq ittardjat,
- Responsabbiltà personali,
- Spejjeż legali,
- Kopertura tan-negozju,
- Kopertura għall-golf.
- Fakultattiva: Kopertura fuq l-isport tax-xitwa
Kif taħdem is-sistema?
Is-serħan tal-moħħ għall-vjaġġ tiegħek huwa faċli:
- Żur il-paġna tal-prenotazzjoni għall-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar tiegħek hawnhekk
- Itlob stima. Daħħal id-dati u d-destinazzjoni tal-ivvjaġġar tiegħek
- Ħlas. Uża wieħed mill-metodi ta' ħlas disponibbli
- Ikkonferma. Tirċievi l-polza tal-assigurazzjoni magħżula minnek.