X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ftit imsahhab H:22°C L:17°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Regoli għall-użu ta’ apparat elettroniku li jista’ jinġarr mill-1 ta’ Ġunju 2014

  • Apparat Elettroniku li Jista’ Jinġarr u li Jittrażmetti (PEDs)
    Kwalunkwe apparat li jista’ jibgħat jew jirċievi wireless data, bħal mobile phones u tablets, jista’ jintuża f’kull fażi tat-titjira diment li l-kapaċijiet ta’ trażmissjoni/riċezzjoni tiegħu (eż. Bluetooth u Wi-fi) ikunu mitfija. Inkella, jekk l-apparat ikollu l-faċilità tal-‘Flight Mode, din għandha tiġi attivata. Apparat bħal dan għandu jinżamm b’mod sigur f’idejn il-klijenti jew f’but waqt is-sewqan, it-tlugħ u l-inżul tal-ajruplan. Apparat akbar (eż. laptops) għandu jintefa u jintrefa’ b’mod sigur waqt is-sewqan, it-tlugħ u l-inżul tal-ajruplan. L-aċċessorji, bħall-kuffji, m’għandhomx jostakolaw l-aċċess għall-passaġġ ċentrali. Jekk il-kapaċità ta’ trażmissjoni tad-data ma tistax tintefa (waqt li l-apparat ikun qed jaħdem), l-apparat innifsu għandu jintefa tul it-titjira kollha.

  • Apparat Elettroniku li Jista’ Jinġarr u li ma Jittrażmettix (PEDs)
    Dan jista’ jinkludi, iżda mhuwiex biss limitat għal, oġġetti bħal plejers tad-DVD, logħob elettroniku, plejers tal-mużika u kameras għall-użu personali. Dan l-apparat għandu jinżamm b’mod sigur f’idejn il-klijenti jew fil-but tagħhom waqt is-sewqan, it-tlugħ u l-inżul tal-ajruplan.  Apparat akbar għandu jintrefa’ b’mod sigur waqt is-sewqan, it-tlugħ u l-inżul tal-ajruplan.

  • Laptops u notebooks
    Apparat bħal dan jista’ jintuża waqt it-tlugħ abbord u waqt it-titjira iżda mhux waqt is-sewqan, it-tlugħ u l-inżul tal-ajruplan. Kwalunkwe konnettività ta’ data inkorporata bħal Bluetooth jew Wi-Fi għandha tiġi diżattivata. Dan l-apparat għandu jintrefa’ b’mod sigur waqt is-sewqan, it-tlugħ u l-inżul tal-ajruplan, peress li jista’ jkun ta’ tfixkil waqt xi evakwazzjoni ta’ emerġenza.

Hemm xi drabi fejn ma nistax nuża l-apparat elettroniku tiegħi?
Taħt ċerti ċirkostanzi, l-Ekwipaġġ tat-Titjira jew tal-Kabina jista’ jitolbok titfi l-PEDs kollha. Dan jista’ jseħħ waqt inżul awtomatiku, tlugħ f’viżibbiltà ħażina jew inżul waqt sitwazzjoni ta’ emerġenza. 

Nista’ nuża l-kuffji?
Il-kuffji personali jistgħu jintużaw f’kull fażi tat-titjira. Madankollu, nitolbuk tneħħi l-kuffji tiegħek waqt l-ispjegazzjoni dwar is-sigurtà. Għal raġunijiet ta’ sigurtà. il-klijenti li jkunu bilqiegħda f’waħda mir-ringieli tal-ħruġ ta’ emerġenza mgħandhomx jużaw kuffji waqt is-sewqan, it-tlugħ u l-inżul tal-ajruplan.

Għandi ninforma lill-ekwipaġġ tal-kabina meta …
… passiġġier jinnota li l-apparat tiegħu jkun qed jisħon iżżejjed. F’dan il-każ, il-PED għandu jintefa minnufih u jiġi infurmat membru tal-ekwipaġġ. 

Jekk tixtieq aktar tagħrif, jekk jogħġbok irreferi għat-tabella li ġejja u li tinkludi lista ta’ PEDs li jistgħu jintużaw abbord it-titjiriet tal-Air Malta skont il-fażi tat-titjira. Jekk jogħġbok toqgħodx lura milli tkellem lil xi membru tal-ekwipaġġ tal-kabina jekk ikollok aktar mistoqsijiet

Fażi PED’s li jinżammu fl-idejn (eż. smart phones u tablets) PED’s akbar (eż. laptops u notebooks) Kuffji  Funzjoni ta’ Wi-fi, Bluetooth, Kitba u Telefonati
Tlugħ abbord  IVA  IVA   IVA   IVA 
Dewmien estiż fuq l-art (fuq istruzzjonijiet tal-Ekwipaġġ tat-Titjira jew tal-Ekwipaġġ tal-Kabina)  IVA   IVA   IVA   IVA 
Sewqan għat-Tlugħ tal-ajruplan  IVA  LE  IVA  LE
Waqt il-wirja tal-Ispjegazzjoni dwar is-Sigurtà  IVA  LE  LE  LE
Tlugħ  IVA  LE  IVA  LE
Titjira  IVA  IVA  IVA  LE
Madwar 10 minuti qabel l-inżul (PA tal-Ekwipaġġ tal-Kabina)  IVA  LE  IVA  LE
Inżul  IVA  LE  IVA  LE
Sewqan għall-ipparkjar tal-ajruplan  IVA  LE  IVA  IVA





Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn