Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Ivvjaġġar bl-Annimali Domestiċi

Aħna nafu kemm l-annimali domestiċi jistgħu jkunu importanti għalik, allura għala ma teħodhomx miegħek għal btala? Kemm jekk għandek annimal domestiku żgħir kif ukoll jekk huwa kbir, aħna ħloqna sett ta' linji gwida ddedikati biex inkunu ċerti li meta l-annimali domestiċi tiegħek jivvjaġġaw mal-Air Malta, ikunu kemm jista' jkun siguri u komdi.

Kif tibbukkja t-titjira tal-annimal domestiku tiegħek: 

Huwa importanti li tirreġistra t-titjira/titjiriet tal-annimal domestiku tiegħek bil-quddiem biex tassigura ruħek li dan ma jiġix irrifjutat fl-ajruport minħabba l-ispazju limitat għall-ġarr tal-annimali domestiċi fuq l-ajruplan. Sabiex tagħmel dan, inti għandek tikkuntattja lit-tim tal-prenotazzjonijiet fi żmien 24 siegħa minn meta tagħmel il-prenotazzjoni tiegħek. Jekk l-annimal dometiku tiegħek ikun akbar mid-daqs awtorizzat, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Servizz tal-Merkanzija sabiex tirriżerva vjaġġ fl-istiva għall-annimal domestiku tiegħek.  

Ħlasijiet: Il-ħlasijiet jinżammu sempliċi sabiex l-ivvjaġġar tal-annimal domestiku tiegħek ikun sempliċi kemm jista' jkun. Huwa applikabbli ħlas waħdieni ta' €70.00 f'direzzjoni waħda għal kull kontenitur li ġġorr fil-kabina.

Rifużjonijiet: Jekk l-annimal domestiku tiegħek ma jkunx jista' jiġi akkomodat fuq it-titjira/titjiriet u d-data/dati li tkun għażilt, allura inti tista' tingħata l-flus lura soġġett għal ħlas ta' rifużjoni li jista' japplika meta jiġri dan. Jekk tirreġistra l-annimal domestiku tiegħek aktar minn 24 siegħa wara li tlesti l-prenotazzjoni tiegħek, iżda l-annimal domestiku tiegħek ma jkunx jista' jiġi akkomodat fuq it-titjira/titjiriet u d-data/dati li tkun għażilt, allura japplikaw il-kundizzjonijiet ta' rifużjoni normali skont it-tip ta' biljett tiegħek.

Kontenituri aċċettati: L-annimal domestiku tiegħek għandu jinġarr f'kontenitur/trasportatur xieraq li jissodisfa l-istandard minimu għad-daqs, il-ventilazzjoni, is-saħħa, is-sanità u d-disinn għall-immaniġġjar sikur u għandu jkollu qiegħ li ma jgħaddix ilma minnu (li ma jnixxix). Tista' ġġorr sa żewġ annimali tal-istess speċi fl-istess kontenitur.

Annimali domestiċi li jinġarru fil-kabina tal-passiġġieri:
 Inti tista' żżomm miegħek il-qattus jew il-kelb żgħir tiegħek fil-kabina fuq it-titjiriet tagħna, sakemm dan ikun jista' joqgħod fil-kontenitur tiegħek taħt is-siġġu ta' quddiemek mingħajr ma jimblokka l-passaġġ għall-kuritur ewlieni tal-ajruplan. L-annimal domestiku tiegħek jista' jkun jiżen sa 10 kg, inkluż il-kontenitur.

Dawn huma xi linji gwida li trid iżżomm f'moħħok:

  • Il-kontenitur tal-annimal domestiku tiegħek ma għandux ikun akbar minn 55 ċm x 40 ċm x 20 ċm. Madankollu, inti għandek tassigura li dan l-ispazju joffri biżżejjed spazju biex l-annimal domestiku tiegħek ikun jista' jqum bilwieqfa, idur u jimtedd komdu.
  • L-annimal domestiku tiegħek għandu jibqa' fil-kontenitur tul it-titjira kollha.
  • Inti għandek issegwi l-istruzzjonijiet tal-membri tal-ekwipaġġ dwar l-istivar xieraq tal-kontenitur tal-annimal domestiku tiegħek.
  • Dan għandu jibqa' stivat b'mod xieraq tul il-ħin kollu li l-ajrupan ikun qiegħed jiċċaqlaq fuq wiċċ l-ajruport u tul it-titjira kollha.
  • Għal raġunijiet ta' sigurtà u sikurezza, is-siġġu tiegħek ma jistax jiġi allokat ħdejn il-ġwienaħ tal-ajruplan jew ħdejn ħruġ ewlieni.

Fl-istiva: 

Annimali domestiċi ta' daqs akbar u annimali oħrajn jinġarru fl-istiva tal-ajruplan. Sakemm l-annimal domestiku tiegħek ikun jinsab f'kontenitur xieraq, inti tkun tista' tgħaddih matul iċ-check-in biex jinġarr fl-istiva mit-tim tal-ground handling iddedikat tagħna. Kun żgur ukoll li inti tkun lest li tippreżenta ċ-ċertifikati u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa. F'każijiet bħal dawn, inti mitlub tikkuntattja lid-Dipartiment tal-Bejgħ tal-Merkanzija f'Malta jew lil rappreżentant lokali tal-merkanzija tal-Air Malta f'pajjiżek. Lista sħiħa u d-dettalji ta' kuntatt huma disponibbli hawnhekk.

Dokumentazzjoni meħtieġa
: Ġeneralment, għall-ivvjaġġar bl-ajru jkollok bżonn ċertifikat dwar is-saħħa tal-annimal domestiku. Veterinarju bil-liċenzja għandu jeżamina lill-annimal domestiku fi żmien tlett ijiem qabel il-vjaġġ u joħroġ ċertifikat li jiddikjara li l-annimal jinsab fi stat ta' saħħa tajjeb, ma jista' jikkawża ebda periklu, mhuwiex offensiv u ma jħallix irwejjaħ jintnu.


Meta ġġib miegħek annimali domestiċi f'Malta, inti jkollok bżonn ukoll: 

  1. Passaport validu tal-Annimal Domestiku. Id-dettalji sħaħ jistgħu jitniżżlu minn hawnhekk.
  2. Għandu jsir appuntament mat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni tal-Agrikoltura u s-Sajd fuq in-numru tat-telefon (356) 99170532 (li tkun miftuħa 24 siegħa kuljum) fejn għandek tagħti n-numru tat-titjira, id-data u l-ħin tal-wasla, sabiex tkun tista' ssir spezzjoni qabel ma l-annimal domestiku jitħalla jidħol.
Jekk tkun qed tivvjaġġa lejn destinazzjoni oħra, jekk jogħġbok kun żgur li tiffamiljarizza ruħek mar-regoli dwar l-importazzjoni tal-annimali domestiċi tal-pajjiż.

Kundizzjonijiet oħrajn

  1. Passiġġieri minuri mhux akkumpanjati ma jistgħux iġorru annimal domestiku fil-kabina.
  2. Jekk l-itinerarju tiegħek jinvolvi vvjaġġar ma' kumpaniji tal-ajru differenti mill-Air Malta, inti tista' tkun soġġett għall-politika u r-regoli dwar il-bagalji tal-kumpanija tal-ajru l-oħra, anki jekk it-titjira jkollha kodiċi kondiviżi mill-Air Malta.
  3. Klijenti li jivvjaġġaw b'annimali domestiċi għandhom jagħmlu ċ-check-in fl-ajruport, mhux bl-internet. Jekk jogħġbok irrapporta fid-desk taċ-check-in mill-inqas sagħtejn qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira tiegħek.
  4. Il-klieb gwida huma aċċettati fil-kabina tal-passiġġieri u jivvjaġġaw mingħajr ħlas. Aktar dettalji huma disponibbli hawnhekk





 

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
L-abbonament tneħħa!
L-email tiegħek tneħħa mil-lista tagħna.
L-abbonament tneħħa!
Żidna l-email tiegħek mal-lista tal-emails li jirċievu n-newsletter tagħna.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
L-isem huwa meħtieġ... 
L-isem ma jistax ikun itwal minn 50 karattru... 
Il-kunjom huwa meħtieġ... 
Il-kunjom ma jistax ikun itwal minn 50 karattru... 
L-email huwa meħtieġ... 
L-email ma jistax ikun aktarm minn 250 karattru... 
Email invalidu... 
Grazzi! Żidna l-email tiegħek mal-lista tagħna. 
Jekk jogħġbok agħżel pajjiż... 
Isem
Kunjom
Email
Pajjiż
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn