X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
imsahhab hafna H:19°C L:15°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Passiġġieri bi Tqala

Ivvjaġġar għall-passiġġieri bi tqala

Il-kumdità u s-sigurtà tiegħek bħala omm li qiegħda tistenna tarbija huma importanti ħafna għalina. Hawnhekk tista' ssib xi regoli u linji gwida li daħħalna fis-seħħ biex inkunu ċerti li jkollok titjira pjaċevoli u ma tpoġġix saħħtek f'periklu. Għandek tkompli taqra hawn taħt biex tkun żgur li inti tassew ippreparata u lesta biex tivvjaġġa.

Dokumentazzjoni meħtieġa 


Sabiex tivvjaġġa magħna meta tkun tqila, aħna ser ikollna bżonn assigurazzjonijiet minn espert mediku dwar l-istat tas-saħħa tiegħek. Sabiex turina li tinsab fi stat ta' saħħa tajjeb biex tivvjaġġja għandek tikseb id-dokumentazzjoni xierqa u tippreżentaha fiċ-check-in. It-tip ta' dokumentazzjoni meħtieġa ser jiddependi fuq kemm tinsab fi stat avvanzat it-tqala tiegħek.

Inqas minn 28 ġimgħa ta' tqala:
 ser tkun tista' tivvjaġġa magħna mingħajr il-ħtieġa ta' ebda dokumentazzjoni.

Bejn 28 u 35 ġimgħa ta' tqala: ser ikollok bżonn tippreżenta ċertifikat mill-konsulent mediku tiegħek li jiddikjara li tinsab fi stat ta' saħħa tajjeb biżżejjed biex tivvjaġġa.

Minn 36 ġimgħa ta' tqala 'l quddiem: ser ikollok bżonn approvazzjoni maħruġa minn tabib tal-Air Malta stess. Sabiex tikseb tali approvazzjoni, inti għandek tikkuntattja lid-Desk ta' Għajnuna Medika tagħna billi ċċempel fuq in-numru +356 2299929 jew billi tibgħat email.

Jekk jogħġbok innota li mhuwiex irrakkomandat li tivvjaġġa meta tkun tinsab fis-36 ġimgħa tat-tqala tiegħek jew fi stadju aktar avvanzat.

Trabi tat-twelid: Jekk it-tarbija tiegħek tkun għadha ma twelditx meta tkun qed tagħmel il-prenotazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok tinkludix it-tarbija fil-prenotazzjoni tiegħek f'dan il-punt. Ladarba t-tarbija titwieled, jekk jogħġbok ikkuntattja liċ-ċentru telefoniku tagħna sabiex taġġorna l-prenotazzjoni tiegħek u tinkludi t-tarbija tat-twelid fil-prenotazzjoni tiegħek.

Ser jinħareġ biljett għat-tarbija tat-twelid tiegħek u, għaldaqstant, ser ikollok tħallas in-noll applikabbli. It-trabi tat-twelid huma kklassifikati bħala trabi u ma jokkupawx siġġu fuq l-ajruplan. Tarbija tħallas 10% tan-noll tal-adulti. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni dwar l-ivvjaġġar bi trabi u tfal.




Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn