Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Passiġġieri bi ħtiġijiet mediċi

Il-ħtiġijiet mediċi tiegħek fuq it-titjiriet tiegħek 


Irridu ntejbu l-aċċessibbiltà tal-ivvjaġġar bl-ajru għall-passiġġieri bi ħtiġijiet mediċi bħal mobbiltà mnaqqsa. Għal din ir-raġuni, aħna ħloqna numru ta' linji gwida biex nassiguraw li dawn il-ħtiġijiet jiġu mifhuma u pprovduti b'livell xieraq ta' servizz.

Proċeduri tas-Saħħa: Għas-sigurtà ta' kulħadd, aħna nassiguraw li l-passiġġieri aċċettati abbord l-ajruplani tagħna jkunu fi stat ta' saħħa tajjeb biżżejjed biex jivvjaġġaw. Il-passiġġieri li jkunu qegħdin isofru minn ċerti kundizzjonijiet mediċi jridu jiksbu ċertifikat li jagħtihom permess jivvjaġġaw mingħand it-tabib tagħna. Inti tista' tikkuntattja lid-Desk ta' Għajnuna Medika tagħna billi ċċempel fuq in-numru +356 2299929 jew billi tibgħat email.

Assistenza għall-mobbiltà: Aħna nsegwu d-definizzjoni standard ta' passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa kif maħruġa mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej bil-għan li nassiguraw li inti tingħata sostenn kontinwu u livell ta' servizz xieraq għas-sitwazzjoni tiegħek. Dan jinkludi kwalunkwe passiġġier li jkun jeħtieġ: 

  • streċer jew inkubatur abbord l-inġenju tal-ajru
  • provvista tal-ossiġnu abbord l-inġenju tal-ajru
  • siġġu żejjed biex tkun tista' ttella' saqajk fuqu
  • sostenn fil-moviment minħabba marda serja jew korriment 
  • sostenn fit-tqala
  • użu ta' tagħmir mediku ieħor

Assistanza bis-siġġijiet tar-roti: Jekk inti jew passiġġier ieħor teħtieġu assistenza fl-użu tas-siġġu tar-roti, aħna nipprovdu għadd ta' servizzi. Sir af aktar minn hawnhekk.

Prenotazzjoni: Skont il-kundizzjoni medika inkwistjoni, jista' jkun li jkollok bżonn tħejji Formola b'Informazzjoni Medika (MEDIF) u tibgħatha qabel isir kwalunkwe arranġament tal-ivvjaġġar sabiex tkun tista' tiġi riveduta b'mod xieraq u approvata mill-Air Malta.

Sostenn iddedikat: Aħna noffrulek attenzjoni fuq bażi individwali. Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar il-politiki għall-passiġġieri bi ħtiġijiet mediċi, kulma għandek tagħmel huwa li ċċempel lid-Desk ta' Għajnuna Medika tal-Air Malta fuq in-numru +3562999296. 

Siringi mediċi:
 Sakemm ikollok fuqek riċetta medika valida, inti tista' ddaħħal miegħek fil-kabina siringi tal-eparina b'piż molekulari baxx u mimlijin minn qabel billi ġġorrhom fil-bagalja tal-idejn tiegħek.

Provvista tal-ossiġnu waqt it-titjira: Jekk il-kundizzjoni medika tiegħek teħtieġ li tirċievi ossiġnu waqt it-titjira, aħna ser inkunu nistgħu nakkomodawk. Madankollu, jeħtieġ li inti tgħarrafna dwar dan minn qabel billi timla l-formola addattata.


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
L-abbonament tneħħa!
L-email tiegħek tneħħa mil-lista tagħna.
L-abbonament tneħħa!
Żidna l-email tiegħek mal-lista tal-emails li jirċievu n-newsletter tagħna.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
L-isem huwa meħtieġ... 
L-isem ma jistax ikun itwal minn 50 karattru... 
Il-kunjom huwa meħtieġ... 
Il-kunjom ma jistax ikun itwal minn 50 karattru... 
L-email huwa meħtieġ... 
L-email ma jistax ikun aktarm minn 250 karattru... 
Email invalidu... 
Grazzi! Żidna l-email tiegħek mal-lista tagħna. 
Jekk jogħġbok agħżel pajjiż... 
Isem
Kunjom
Email
Pajjiż
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn