X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
imsahhab H:17°C L:13°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Ġarr ta' Klieb Gwida

Jekk inti jew passiġġier ieħor ikollkom bżonn l-assistenza ta' kelb gwida, dan jista' jittella' abbord fil-kabina taħt ċerti kundizzjonijiet li jħarsu lill-passiġġieri l-oħrajn.

Il-kelb gwida tiegħek, flimkien mal-kontenituri u l-ikel tiegħu, jinġarru mingħajr ħlas żejjed mill-konċessjoni normali għall-ġarr ta' bagalji b'xejn.

Jekk jogħġbok irrevedi r-regolamenti ta' hawn taħt biex tkun ċert li qed issegwi r-regoli li taqbel magħhom fir-rigward tal-ġarr.


Termini u kundizzjonijiet

Dawn il-kundizzjonijiet huma ppubblikati skont l-Artikolu 8.9 tal-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Air Malta dwar il-Ġarr (Passiġġieri u Bagalji).

1. Kelb Gwida li huwa mħarreġ sabiex primarjament jipprovdi assistenza lil persuna nieqsa mid-dawl jew b'vista parzjali jista' jinġarr fil-kabina tal-ajruplan skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)  Il-Kelb Gwida għandu jkun ġie mħarreġ b'mod speċifiku, ivvalutat u akkreditat għal din il-funzjoni minn organizzazzjoni li hija aċċettata u affiljata mal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Klieb Gwida.

(b) Talba għall-ġarr ta' Kelb Gwida fil-kabina għandha ssir mill-inqas 7 ijiem qabel id-data tal-vjaġġ.

(ċ) Il-prenotazzjoni għandha ssir billi ċċempel liċ-Ċentru Telefoniku tal-Air Malta fuq in-numru (+356) 21662211.

(d) Il-Kelb Gwida għandu jkun jappartjeni għall-passiġġier nieqes mid-dawl jew b'vista parzjali.

(e) Jiġi aċċettat kelb wieħed biss fuq l-istess titjira fuq il-bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Is-sid għandu jkollu xedd tal-ivvjaġġar għall-kelb, tapit li jassorbi l-umdità jew materjal xieraq flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa, li għandha tkun disponibbli minn qabel, sabiex tiġi żgurata l-konferma tal-prenotazzjoni.

(f) Ma jistgħux jinġarru Klieb Gwida fil-kabina fuq titjiriet li jkunu ser jagħmlu waqfa f'ajruport ieħor (sakemm il-passiġġier ma jkunx ser jinżel fl-ewwel parti tal-vjaġġ jew jitla' abbord fl-aħħar parti tiegħu) jew fuq rotot li ma għandhomx l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, kemm fl-ajruport tat-tluq kif ukoll fl-ajruport tal-wasla.

(g) L-Air Malta ma terfa' ebda responsabbiltà fir-rigward ta' Kelb Gwida li ma jkollux id-dokumenti tad-dħul, tal-ħruġ u tas-saħħa, kif ukoll dokumenti oħrajn meħtieġa fir-rigward tad-dħul jew il-passaġġ tal-annimali fi kwalunkwe pajjiż, stat jew territorju, filwaqt li l-persuna akkumpanjata mill-Kelb Gwida għandha tħallas lura lill-Air Malta għal kwalunkwe multa, telf jew obbligu li jkunu ġew imposti jew imġarrba b'mod raġonevoli mill-Air Malta b'riżultat ta' dan. Il-passiġġieri akkumpanjati minn Klieb Gwida li jivvjaġġaw lejn Malta jew minn Malta għandhom jgħarrfu lill-uffiċċju veterinarju f'Malta minn qabel dwar il-wasla/it-tluq tagħhom.

(h)  L-Air Malta għandha d-dritt li tirrifjuta li ġġorr Klieb Gwida fil-kabina sabiex tissodisfa r-rekwiżiti tas-sigurtà applikabbli li huma stabbiliti mil-liġi, mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-Air Malta, jew fejn id-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru jagħmlu l-ġarr tal-Kelb gwida fiżikament impossibbli. Jekk tinqala' kwistjoni bħal din, l-Air Malta għandha tipproponi alternattiva aċċettabli għall-passiġġier inkwistjoni. Inkella, il-passiġġer għandu jiġi offrut id-dritt li jingħata l-flus lura jew li jingħata xi servizz ieħor offrut mill-Air Malta. Id-dritt għall-għażla ta' titjira ta' ritorn jew ta' tibdil fir-rotta għandu jkun kondizzjonali fuq l-issodisfar tar-rekwiżiti tas-sigurtà, legali u dokumentarji kollha.

2. Dawn it-termini u l-kundizzjonijiet japplikaw għat-titjiriet tal-Air Malta biss.

3. It-termini u l-kundizzjonijiet ta' hawn fuq jistgħu jkunu soġġetti għal xi tibdil minn żmien għal żmien, kemm b'notifika kif ukoll mingħajr notifika, filwaqt li l-Air Malta ma tassumi l-ebda responsabbiltà għal dan it-tibdil. Barra minn hekk, l-Air Malta għandha d-dritt li tinterpreta u tapplika dawn it-termini u l-kundizzjonijiet. F'kull każ, l-interpretazzjonijiet u l-applikazzjonijiet tal-Air Malta għandhom ikunu finali u konklużivi.





Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn