Kumpens għal Imbark Mhux Permess Volontarju

Benefiċċji għal Voluntiera

Il-passiġġieri għandhom l-għażla ta’:

  • Rimborż tan-nefqa totali tal-biljett bil-prezz li huma xtrawh, għall-parti tal-vjaġġ li ma sarx, u għall-parti jew il-partijiet li diġà saru jekk it-titjira m’għadx għandha skop fir-rigward tal-pjan tal-ivvjaġġar oriġinali tal-passiġġier, flimkien ma’, fejn rilevanti,
  • titjira tar-ritorn sal-ewwel punt tat-tluq mal-ewwel opportunità.
  • Ir-rimborż isir fi żmien sebat ijiem, imħallas fi Flus Kontanti, permezz ta’ trasferiment bankarju elettroniku, ordnijiet tal-bank jew ċekkijiet tal-bank jew, fuq ftehim iffirmat tal-passiġġier, f’vawċers tal-ivvjaġġar u/jew servizzi oħrajn;

Jew

  • Irrottar mill-ġdid, taħt kundizzjonijiet tat-trasport simili, sad-destinazzjoni finali tagħhom mal-ewwel opportunità; jew
  • Irrottar mill-ġdid, taħt kundizzjonijiet tat-trasport simili, sad-destinazzjoni finali tagħhom f’data aktar tard għall-konvenjenza tal-passiġġier, suġġett li jkun hemm postijiet disponibbli.

Minbarra dan t’hawn fuq, fil-każ ta’ imbark mhux permess volontarju, il-passiġġieri huma intitolati wkoll għal:

  • Ikliet u trattament raġonevoli skont il-ħin ta’ stennija;
  • Akkomodazzjoni f’lukanda f’każijiet fejn tkun meħtieġa waqfa addizzjonali għal lejl wieħed jew aktar;
  • Żewġ telefonati, messaġġi b’telex jew bil-feks jew posta elettronika;
  • Kumpens għal Imbark Mhux Permess skont it-Tabella t’hawn taħt:

SETTURI
<1500km

SETTURI 1500-
3500kms

SETTURI
>3500kms

Kumpens
normali

Kumpens
normali

Kumpens
normali

EUR250 JEW

EUR400 JEW

EUR600 JEW

VAWĊER (MCO)
EUR300

VAWĊER (MCO)
EUR500

VAWĊER (MCO)
EUR750

Jekk passiġġier
ikun irrottat
mill-ġdid
biex jasal
fid-destinazzjoni finali mhux
aktar tard minn sagħtejn wara
l-ħin skedat
oriġinali
tal-wasla

Jekk passiġġier
ikun irrottat
mill-ġdid
biex jasal
fid-destinazzjoni finali mhux
aktar tard minn 3 sigħat wara
l-ħin skedat
oriġinali
tal-wasla

Jekk passiġġier
ikun irrottat
mill-ġdid
biex jasal
fid-destinazzjoni finali mhux
aktar tard minn 4 sigħat wara
l-ħin skedat
oriġinali
tal-wasla

EUR125 JEW

EUR200 JEW

EUR300 JEW

VAWĊER (MCO)
EUR150

VAWĊER (MCO)
EUR250

VAWĊER (MCO)
EUR375

KAMPJUN TA’ RIĊEVUTA TAL-PASSIĠĠIERI

Jien, hawn taħt iffirmat ____________ nikkonferma li rċevejt kumpens tal-ammont ta’ __________ talli ma kellix permess nimbarka fuq titjira ______ minn ______ sa _______ data ____________ skont ir-regoli applikabbli tal-Air Malta li ġejt mgħarraf bihom, u li nifhem u naċċetta.

Isem u Firma

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!