X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:30°C L:23°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Ċaħda

L-informazzjoni fuq din il-websajt tħejjiet unikament bil-għan li tipprovdi informazzjoni dwar l-AIR MALTA, is-sussidjarji u l-imsieħba tagħha u s-servizzi li joffru. L-informazzjoni ppreżentata nġabret mill-AIR MALTA minn sorsi interni u esterni. Madankollu l-ebda affermazzjoni jew garanzija ma tingħata dwar kemm hi kompluta jew eżatta din l-informazzjoni. B’mod partikolari, għandek tkun taf li din l-informazzjoni tista’ ma tkunx kompluta, jista’ jkun fiha xi żbalji jew mhix aġġornata. Għalhekk, għandek tivverifika l-informazzjoni li ħadt minn dan is-sit qabel ma timxi fuqha billi tikkuntattja l-uffiċċju lokali tal-AIR MALTA, l-aġent tal-AIR MALTA kkonċernat, jew xi aġent tal-ivvjaġġar, skont il-każ. L-AIR MALTA mhijiex responsabbli għal xi ħsarat jew korriment li jirriżultaw mill-aċċess, jew nuqqas ta’ possibbiltà ta’ aċċess għal dan is-sit fuq l-internet, jew għax tkun qgħadt fuq xi informazzjoni mogħtija fuq dan is-sit. Din il-pubblikazzjoni hija pprovduta “kif inhi”, bla garanzija jew xi xorta ta’ termini, la espressa lanqas implikata, li tinkludi iżda mhux limitata għal xi garanziji implikati jew termini implikati ta’ merkantabbiltà, addattat għal xi għan partikolari jew nuqqas ta’ ksur. Tali termini u garanziji implikati għalhekk huma esklużi. Meta taċċessa din il-websajt, int taċċetta li l-AIR MALTA mhijiex responsabbli għal xi telf dirett jew indirett li jirriżulta mill-użu tal-informazzjoni li fiha din il-websajt. It-trasport ta’ passiġġieri u bagalji bl-ajru huwa suġġett għall-Kundizzjonijiet għat-Trasport u regolamenti tal-linja kkonċernata. Jekk jogħġbok ikklikkja biex tara l-Kundizzjonijiet Ġenerali għat-Trasport ta’ Passiġġieri u Bagalji tal-AIR MALTA. Speċjalment fil-każ ta’ ġarr bi prezzijiet jew rati speċjali (imnaqqsa), kundizzjonijiet speċjali jiġu applikati wkoll. Jekk il-linja tal-ajru li topera t-titjira tiegħek mhijiex l-AIR MALTA, jekk jogħġbok ikkuntattja lil dik il-linja għal aktar dettalji dwar il-Kundizzjonijiet għat-Trasport tagħha. It-test sħiħ ta’ kull terminu inkorporat applikabbli tista’ tiflih f’kull lokal tal-AIR MALTA fl-ajruporti jew f’uffiċċji oħra li joffru bejgħ u servizzi lill-klijenti u jintbagħatlek hekk kif titolbu.


Termini dwar l-Użu - AIR MALTA

Dawn il-prodotti u servizzi (kollettivament, il-“Prodotti u Servizzi”) offruti mill-AIR MALTA permezz ta’ www.airmalta.com, huma disponibbli suġġetti għat-Termini u Kundizzjonijiet li ġejjin. It-trademark AIR MALTA f’dawn it-Termini għandha tittieħed bħala Air Malta plc, kull fejn ikun hemm implikazzjonijiet legali. Meta tuża Prodotti u Servizzi, int qed taċċetta li tintrabat minn, u li taqbel ma’, dawn it-Termini ta’ Użu. 

(a) tipprovdi informazzjoni tajba, eżatta, attwali u sħiħa dwarek innifsek skont kif mitlub fuq il-formoli tas-Servizz u

(b) iżżomm u taġġorna mal-ewwel id-Dejta biex tinżamm tajba, eżatta, attwali u sħiħa. Jekk tipprovdi xi informazzjoni mhux vera, mhux eżatta, mhux attwali jew mhux sħiħa, jew jekk l-AIR MALTA jkollha bażi raġonevoli biex tissuspetta li t-tali informazzjoni mhux vera, mhux eżatta, mhux attwali jew mhux sħiħa, l-AIR MALTA għandha d-dritt li tissospendi jew twaqqaf il-kont tiegħek u tirrifjuta kwalunkwe u kull użu kurrenti jew futur tas-Servizz (jew parti minnu), u jekk ikun hemm bżonn tieħu passi legali skont il-Liġi.


Deskrizzjoni tas-Servizz

Attwalment l-AIR MALTA tipprovdi lill- utenti aċċess għall-informazzjoni, ibbukkjar on-line, mistoqsijiet mill-klijenti u ċerti riżorsi bbażati fuq il-web permezz tal-websajt u l-portal tagħha u siti u servizzi assoċjati (is-“Servizz”). Sakemm ma jingħadx espliċitament mod ieħor, kwalunkwe karatteristiċi ġodda li jżidu jew itejbu s-Servizz attwali, ikunu wkoll suġġetti għat-Termini ta’ Użu. 

Inti responsabbli għaż-żamma tal-kunfidenzjalità tal-password u l-kont, u responsabbli kompletament mill-attivitajiet kollha li jsiru bil-password jew kont tiegħek. Inti taċċetta li tgħarraf immedjatament lill-AIR MALTA b’kull użu mhux awtorizzat tal-password jew kont tiegħek jew kull ksur ieħor tas-sigurtà. L-AIR MALTA ma tistax tkun u mhijiex responsabbli għal xi ħsara jew telf li ġej min-nuqqas tiegħek li tkun konformi ma’ dan it-Terminu.


Kontenut Illinkjat mal-AIR MALTA

L-AIR MALTA  tista’ tillinkjak ma’ siti li fihom informazzjoni li xi wħud jistgħu jqisu bħala mhux xierqa jew offensiva. L-AIR MALTA ma tagħmel l-ebda dikjarazzjoni dwar xi sforz biex tirrevedi l-kontenut ta’ xi siti llinkjati mal-websajts tal-AIR MALTA. L-AIR MALTA ma tistax tinżamm responsabbli għall-eżattezza, konformità mad-dritt tal-awtur jewtrademark, legalità jew diċenza tal-materjal fis-siti mniżżla fid-Direttorju tal-Web tal-AIR MALTA jew b’xi mod ieħor illinkjati mal-websajts tal-AIR MALTA jew ipprovduti lill-websajts tal-AIR MALTA minn persuni terzi , jew għall-kontenut jew links li tirċievi permezz tal-posta elettronika. Madankollu jekk għal xi raġuni ssib xi links, materjal jew kontenut offensivi fuq l-AIR MALTA, jekk jogħġbok infurmana minnufih.


Tibdil fit-Termini tal-Użu u Tibdil fil-Prodotti u Servizzi

L-AIR MALTA tirriżerva d-dritt li minn żmien għal żmien, għal kwalunkwe raġuni, u bla ebda avviż, timmodifika l-Prodotti u Servizzi, inkluż id-dritt li ttemm il-Prodotti u s-Servizzi. L-AIR MALTA tirriżerva d-dritt li minn żmien għal żmien timmodifika dawn it-Termini tal-Użu, mingħajr avviż. Jekk jogħġbok kull tant żmien agħti titwila lil dawn it-Termini tal-Użu biex tkun infurmat b’xi tibdil.


Ċaħda ta’ Garanziji

L-AIR MALTA tiċħad kull u kwalunkwe responsabbiltà għall-eżattezza, il-kontenut, il-kompletezza, il-legalità, l-affidabbiltà, jew l-operabbiltà jew id-disponibbiltà tal-informazzjoni jew materjal fil-Prodotti u Servizzi. L-AIR MALTA tiċħad kull responsabbiltà għal kwalunkwe ħsara b’riżultat tat-tniżżil jew l-aċċess għal xi informazzjoni jew materjal permezz tal-Prodotti u Servizzi. 

IL-PRODOTTI U SERVIZZI HUMA PPROVDUTI “KIF INHUMA,” BL-EBDA GARANZIJI. KULL GARANZIJA, ESPRESSA, IMPLIKATA U STATUTORJA, INKLUŻI DAWK BLA LIMITU, GARANZIJI TA’ MERKANTABBILTÀ, ADATTAMENT GĦAL GĦAN PARTIKOLARI, U NUQQAS TA’ KSUR TAD-DRITTIJIET PROPRJETARJI, HIJA ESPRESSAMENT MIĊĦUDA KOMPLETAMENT SA FEJN TIPPERMETTI L-LIĠI. SA FEJN TIPPERMETTI L-LIĠI L-AIR MALTA TIĊĦAD KULL GARANZIJA GĦAS-SIGURTÀ, L-AFFIDABBILTÀ, IL-PRONTEZZA, U L-PRESTAZZJONI TAL-PRODOTTI U SERVIZZI. SA FEJN TIPPERMETTI L-LIĠI, L-AIR MALTA TIĊĦAD KULL GARANZIJA GĦAL SERVIZZI OĦRA JEW AFFARIJIET RIĊEVUTI PERMEZZ TA’ JEW IRREKLAMATI FUQ PRODOTTI U SERVIZZI JEW RIĊEVUTI PERMEZZ TA’ LINKS IPPROVDUTI FIL-PRODOTTI U SERVIZZI, KIF UKOLL KULL INFORMAZZJONI JEW PARIR RIĊEVUTI PERMEZZ TA’ PRODOTTI U SERVIZZI. BL-ISTESS MOD L-AIR MALTA TIĊĦAD KOMPLETAMENT SA FEJN TIPPERMETTI L-LIĠI, KULL GARANZIJA GĦAL INFORMAZZJONI JEW PARIR MEĦUDA PERMEZZ TA’ PRODOTTI U SERVIZZI. INTI TIFHEM U TAĊĊETTA LI KULL MATERJAL LI TNIŻŻEL JEW TIEĦU B’XI MOD IEĦOR PERMEZZ TA’ PRODOTTI U SERVIZZI JSIR FID-DISKREZZJONI U R-RISKJU TIEGĦEK U LI INTI TKUN UNIKAMENT RESPONSABBLI GĦAL KULL ĦSARA FIS-SISTEMA TAL-KOMPJUTER TIEGĦEK JEW TELF TA’ DEJTA LI JIRRIŻULTA META TNIŻŻEL TALI MATERJAL.


Limitazzjoni tar-Responsabbiltà

FL-EBDA ĊIRKOSTANZA, L-AIR MALTA MA  TISTA’ TINŻAMM RESPONSABBLI LEJN XI UTENT GĦALL-FATT LI UŻA JEW ABBUŻA MINN, JEW FADA FUQ IL-PRODOTTI U S-SERVIZZI. TALI LIMITAZZJONIJIET GĦANDHOM JAPPLIKAW BIEX JIPPREVJENU L-IRKUPRU TA’ INDENNIZZI DIRETTI, INDIRETTI, INĊIDENTALI, KONSEGWENZJALI, SPEĊJALI, EŻEMPLARI U PUNITIVI (ANKE JEKK L-AIR MALTA TKUN AVŻATA BIL-POSSIBBILTÀ TA’ TALI INDENNIZZI). TALI LIMITAZZJONI TA’ RESPONSABBILTÀ TAPPLIKA KEMM JEKK ID-DANNI JIĠU MILL-UŻU JEW UŻU ĦAŻIN TA’, U LI WIEĦED JAFDA FUQ PRODOTTI U SERVIZZI, MINN NUQQAS TA’ KAPAĊITÀ FL-UŻU TA’ PRODOTTI U SERVIZZI, JEW MILL-INTERRUZZJONI, IS-SOSPENSJONI, JEW IT-TERMINAZZJONI TA’ PRODOTTI U SERVIZZI (INKLUŻI DANNI LI JSOFRU PARTIJIET TERZI). TALI LIMITAZZJONI TAPPLIKA WKOLL B’KONNESSJONI MA’ DANNI MINĦABBA SERVIZZI JEW OĠĠETTI OĦRA RIĊEVUTI PERMEZZ TA’ JEW IRREKLAMATI FUQ PRODOTTI U SERVIZZI JEW RIĊEVUTI PERMEZZ TA’ LINKS IPPROVDUTI FUQ KWALUNKWE PRODOTTI U SERVIZZI, KIF UKOLL MINĦABBA KWALUNKWE INFORMAZZJONI JEW PARIR RIĊEVUT PERMEZZ TA’, JEW IRREKLAMAT FUQ PRODOTTI U SERVIZZI JEW RIĊEVUT PERMEZZ TA’ LINKS IPPROVDUTI FUQ PRODOTTI U SERVIZZI. TALI LIMITAZZJONI TAPPLIKA MINGĦAJR LIMITU, FL-ISPEJJEŻ GĦALL-KSIB TA’ MERKANZIJA JEW SERVIZZI SOSTITUTI, TELF TA’ QLIGĦ, JEW TELF TA’ DEJTA. TALI LIMITAZZJONI TAPPLIKA FIL-KAŻ TAL-OPERAT JEW NUQQAS TA’ OPERAT TA’ PRODOTTI U SERVIZZI JEW INFORMAZZJONI JEW MERKANZIJA LI TIDHER FUQ, JEW LI HIJA LLINKJATA, JEW B’XI MOD RELATATA MAN-NETWERK TAL-AIR MALTA. TALI LIMITAZZJONI TAPPLIKA MINKEJJA KULL FALLIMENT TA’ GĦAN ESSENZJALI TA’ KULL RIMEDJU LIMITAT. TALI LIMITAZZJONI TAPPLIKA KOMPLETAMENT SKONT KIF TIPPERMETTI L-LIĠI. 

F’xi ġuriżdizzjonijiet, il-limitazzjonijiet ta’ responsabbiltà mhumiex permessi. F’dawn il-ġuriżdizzjonijiet, il-limitazzjoni t’hawn fuq  tista’ ma tapplikax għalik.


L-AIR MALTA fl-ebda ċirkostanza ma tista’ tinżamm responsabbli għal xi dewmien jew nuqqas ta’ operat b’riżultat dirett jew indirett minn atti naturali, forzi, jew kawżi mhux fil-kontroll raġonevoli tagħha, inklużi, bla limitazzjoni, ħsarat fuq l-Internet, ħsarat ta’ apparat tal-kompjuter, ħsarat ta’ apparat tat-telekomunikazzjoni, ħsarat ta’ apparat ieħor, ħsarat tas-sistema tal-elettriku, strajks, inkwiet industrijali, irvellijiet, insurrezzjoni, inkwiet ċivili, nuqqas ta’ ħaddiema jew materjal, nirien, għargħar, maltempati, splużjonijiet, diżastri naturali, gwerra, azzjonijiet governattivi, ordnijiet minn qrati jew tribunali lokali jew barranin, nuqqas ta’ operat minn  partijiet terzi, jew nuqqas jew tlugħ u nżul fis-sħana, dawl jew fl-arja kundizzjonata.


Liġi Regolatorja

Il-kwistjonijiet legali kollha ġejjin minn jew relatati mal-użu ta’ servizzi tal-AIR MALTA jew relatati magħha, iridu jittieħdu skont, u kull mistoqsija dwarhom iddeterminata minn, il-liġijiet ta’ Malta.


Relazzjonijiet ma’ Negozjanti u Reklamar

Il-korrispondenza jew relazzjonijiet ta’ negozju tiegħek ma’, jew il-parteċipazzjoni fi promozzjonijiet ta’, negozjanti u min jirreklama fuq jew permezz ta’ Servizzi, inklużi l-ħlas u l-forniment ta’ merkanzija jew servizzi relatati, u kull termini, kundizzjoni, garanzija jew rappreżentazzjoni oħra assoċjati ma’ tali relazzjonijiet, isiru unikament bejnek u t-tali negozjant jew min għamel ir-reklam. Inti taċċetta kompletament, sa fejn tippermetti l-liġi, li l-AIR MALTA mhijiex responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu ta’ kull xorta li ssofri b’riżultat tat-tali relazzjonijiet jew b’riżultat tal-preżenza tat-tali reklamar jew negozjanti fuq Servizzi, u inti taċċetta li kull ordni li inti tagħmel għal, u kull speċifikazzjoni ta’ prodott u disponibbiltà ta’ prodott fuq, is-Servizzi huma suġġetti għall-konferma minn, u t-termini u kundizzjonijiet ta’ negozju tan-Negozjant partikolari.


Indennizz u Rilaxx

Meta tagħmel użu mill-websajts tal-AIR MALTA inti taċċetta li tindennizza l-AIR MALTA u s-soċjetajiet, sussidjarji, affiljati, uffiċjali u impjegati tagħha u żżommhom ħielsa minn kwalunkwe u kull talba ta’ riżarċiment u spejjeż, inklużi spejjeż legali, ġejjin mill-użu tiegħek tal-websajts tal-AIR MALTA. Meta tuża l-websajts tal-AIR MALTA int b’hekk qed taċċetta li tirrilaxxa lill-AIR MALTA u soċjetajiet, sussidjarji, affiljati, uffiċjali, u impjegati tagħha minn kull talba ta’ riżarċiment, domanda, djun, obbligazzjonijiet, danni (attwali jew konsegwenzjali), spejjeż, u spejjeż ta’ kull xorta jew natura, kemm dawk magħrufa kemm le, suspettati jew le, żvelati jew le, li inti tista’ għandek kontrihom li ġejjin minn jew b’xi mod relatati ma’ tali kwistjonijiet u/ jew mal-Prodotti u s-Servizzi. Għalhekk inti tirrinunzja kull liġi li tista’ tillimita l-effikaċja ta’ tali rilaxxi. Dawn it-Termini ta’ Użu jikkostitwixxu l-ftehim kollu kemm hu bejn il-partijiet rigward is-suġġett kontenut hawnhekk u jieħu post kull ftehim, proposti u komunikazzjonijiet oħra, bil-miktub jew bil-kelma, bejn rappreżentanzi tal-AIR MALTA u bejnek rigward dan is-suġġett; barra li kwalunkwe termini u kundizzjonijiet oħra li jinsabu fuq kwalunkwe websajt individwali huma inkorporati hawnhekk b’referenza sa fejn ma jkollhomx kunflitt ma’ dawn it-Termini u Kundizzjonijiet. Sa fejn kwalunkwe termini u kundizzjonijiet jew termini ta’ kunflitt ta’ servizz ma’ dawn it-Termini u Kundizzjonijiet, dawk id-dispożizzjonijiet oħra jikkontrollaw l-użu tal-websajt partikolari u kwalunkwe prodotti jew servizzi disponibbli fuq jew permezz tal-websajt li fuqhom dawk id-dispożizzjonijiet oħra jistgħu jinsabu.


Użu u Ħażna

Inti taċċetta li l-AIR MALTA tista’ tistabbilixxi prattiċi u limiti ġenerali dwar l-użu tas-Servizz. Int taċċetta wkoll illi l-AIR MALTA tirriżerva d-dritt li tbiddel dawn il-prattiċi u limiti ġenerali jkun meta jkun, fid-diskrezzjoni tagħha biss, b’avviż jew mingħajr avviż.


Modifikazzjonijiet fis-Servizz

L-AIR MALTA tirriżerva d-dritt li f’kull ħin u minn żmien għal żmien timmodifika jew twaqqaf, temporanjament jew għal kollox, is-Servizz (jew parti minnu) b’avviż jew mingħajr avviż. Inti taċċetta li l-AIR MALTA ma tkunx miżmuma responsabbli minnek jew minn parti terza għal xi modifikazzjoni, sospensjoni jew waqfien tas-Servizz.


Ksur tat-Termini tal-Użu

Jekk tikser dawn it-Termini ta’ Użu jew xi drittijiet oħra tal-AIR MALTA, l-AIR MALTA tirriżerva d-dritt li tfittex dawk ir-rimedji legali u ekwitabbli kollha kontrik, inklużi, mingħajr limitu, li tagħlaq kull kont ta’ utent fuq kull websajt tal-AIR MALTA. Jekk l-AIR MALTA tonqos milli tinforza xi dritt jew dispożizzjoni f’dawn it-Termini ta’ Użu, inti taċċetta li dan in-nuqqas ma jikkostitwixxix ċaħda ta’ tali dritt jew dispożizzjoni jew ta’ xi drittijiet jew dispożizzjonijiet oħra f’dawn it-Termini ta’ Użu. Jekk xi qorti ssib li wieħed jew aktar minn dawn id-drittijiet jew dispożizzjonijiet imniżżla f’dawn it-Termini ta’ Użu huma invalidi, inti taċċetta li l-bqija tat-Termini ta’ Użu huma attwabbli u li, sa fejn tippermetti l-liġi, il-qorti tagħti effett lill-intenzjonijiet tal-partijiet, kif rifless f’tali dritt jew dispożizzjoni li ġie ddikjarat invalidu jew mhux attwabbli.


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn