X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:19°C L:16°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Termini u Kundizzjonijiet dwar Piż ta' Bagalji Żejda

F'dawn it-Termini u Kundizzjonijiet: "Inti", "Tiegħek" u “Inti nnifsek” ifissru inti l-utent ta' dan is-sit elettroniku li trid tixtri jew xtrajt vawċer ta' piż ta' bagalji żejda permezz ta' dan is-sit elettroniku.  “Air Malta” tfisser Air Malta p.l.c (kumpanija rreġistrata f'Malta bin-numru tar-reġistrazzjoni C-2685) bl-indirizz: Head Office, Aviation Park, Luqa LQA 9023, Malta.

1. Il-vawċer ta’ piż ta' bagalji żejda jinxtara għat-titjira li l-passiġġier ikun ibbukkjat fuqha. Il-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda qiegħed jinxtara speċifikament minnek sabiex tużah inti fuq it-titjira u fid-data indikata minnek f'din il-formola online għall-vawċers ta' piż ta' bagalji żejda. Il-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda huwa validu biss biex tużah inti fuq it-titjira u fid-data indikata fil-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda.

2. Il-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda jiġi rimborżat f'każ li l-Air Malta ma tonorax xi impenn kuntrattwali stabbilit fil-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda (inkluż in-nuqqas tal-Air Malta li topera t-titjira li għaliha jkun il-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda); bil-kundizzjoni li, tali nuqqas mill-Air Malta li tonora kwalunkwe impenn kuntrattwali simili ma jkunx ikkawżat minnek innifsek.

3. Tista' tixtri piż ta' bagalji żejda biss permezz ta' dan is-sit fi blokok ta' Kilogrammi  (jiġifieri 1-5 Kg, 6-10 Kg eċċ), u l-prezz imħallas minnek huwa għall-blokk sħiħ ta' Kilogrammi li tagħżel, irrispettivament minn jekk dan il-blokk ta' Kilogrammi fil-fatt tużahx kollu. Kwalunkwe ammont ta' Kilogrammi li inti tixtri minn dan is-sit li jibqa' ma jintużax ma jistax jissarraf fi flus kontanti jew f'xi forma oħra. Jiddependi mill-ammont ta' piż ta' bagalji żejda li fil-fatt ikollok bżonn, xi kultant jista' jkun irħas li tixtri l-piż ta' bagalji żejda mill-ajruport (eż. jekk tkun teħtieġ 3 Kilogrammi biss ta' piż ta' bagalji żejda, f'dak il-każ xi kultant jista' jkun irħas li tixtri dak il-bżonn mill-ajruport milli tixtri blokk ta' 1-5Kg minn dan is-sit). Biex tqabbel bejn ir-rati għal kull Kg għall-piż ta' bagalji żejda mixtri online u r-rati għal kull Kg għall-piż ta' bagalji żejda mixtri mill-ajruport (kif applikabbli għas-servizzi diretti tal-Air Malta), jekk jogħġbok irreferi hawnhekk.

4. Importanti li tippreżenta l-vawċer tal-piż ta' bagalji żejda waqt iċ-check-in fl-ajruport minħabba li l-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda huwa l-uniku mezz li għandha l-Air Malta biex tivverifika x-xirja tiegħek online minn dan is-sit. Jekk ma tippreżentax il-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda waqt iċ-check-in, l-Air Malta ma jkollhiex għażla oħra ħlief li żżommlok ir-rata applikabbli għax-xiri ta' piż ta' bagalji żejda mill-ajruport, sakemm fiċ-check-in ma tippreżentax xi dokument ieħor suffiċjenti u raġonevoli li jista' jagħti prova tax-xirja tiegħek online.

5. Dawn it-Termini u Kundizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt statutorju applikabbli tal-konsumatur.      

6. Il-piż massimu għal kull bagalja li tinġarr mill-Air Malta ma jridx jaqbeż 32 Kilogramma.

7. Il-vawċers ta' piż ta' bagalji żejda jistgħu jinxtraw online minn dan is-sit elettroniku sa 4 sigħat qabel it-tluq tat-titjira tiegħek.  

8. L-Air Malta tirriserva d-dritt li tvarja, timmodifika, tħassar jew iżżid ma' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet fi kwalunkwe ħin u mingħajr avviż minn qabel. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tiffamiljarizza ruħek ma' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet sabiex tassigura li tkun taf bi kwalunkwe tibdil. Kwalunkwe tibdil f'dawn it-Termini u Kundizzjonijiet mhux se jaffettwa t-termini u kundizzjonijiet tal-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda li tkun xtrajt diġà.

9. L-Air Malta tirriserva d-dritt li tbiddel ir-rati/prezzijiet għall-piż ta' bagalji żejda li jinxtara online u/jew ir-rati/prezzijiet għall-piż ta' bagalji żejda li jinxtara mill-ajruport, fi kwalunkwe ħin u mingħajr avviż minn qabel. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tiffamiljarizza ruħek ma' dawn ir-rati sabiex tassigura li tkun taf bi kwalunkwe tibdil. Kwalunkwe tibdil f'dawn ir-rati/prezzijiet mhux se jaffettwa l-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda li tkun xtrajt diġà.

10. Dawn it-Termini u Kundizzjonijiet għandhom ikunu regolati, mifhuma, infurzati u interpretati skont il-Liġijiet ta' Malta. Kwalunkwe tilwima, kontroversja u/jew pretensjoni li tirriżulta minn jew b'rabta ma' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet għandha tkun soġġetta esklussivament għall-ġurisdizzjoni tal-Qrati ta' Malta.

11. Il-bagalji kollha jinġarru soġġett għall-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Ġarr tal-Air Malta. Il-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Ġarr tal-Air Malta huma parti integrali minn dawn it-Termini u Kundizzjonijiet u l-aċċettazzjoni ta' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet min-naħa tiegħek timplika l-aċċettazzjoni tal-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Ġarr tal-Air Malta.

12. It-termini u l-kundizzjonijiet dwar l-użu tas-sit elettroniku huma parti integrali minn dawn it-Termini u Kundizzjonijiet u l-aċċettazzjoni ta' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet min-naħa tiegħek timplika l-aċċettazzjoni tat-Termini u l-Kundizzjonijiet dwar l-Użu tas-Sit Elettroniku tal-Air Malta.

13. Jekk xi parti minn dawn it-Termini u Kundizzjonijiet tiġi stabbilita li mhijiex valida jew mhux infurzabbli skont il-liġi applikabbli, f'dak il-każ id-dispożizzjoni mhux valida jew mhux infurzabbli titqies bħala sostitwita b'dispożizzjoni valida u infurzabbli li tkun taqbel bl-iżjed b'mod possibbli mal-ħsieb tad-dispożizzjoni oriġinali u l-bqija ta' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet jibqgħu fis-seħħ.

Nirrakkomandaw li tistampa dawn it-Termini u Kundizzjonijiet għar-rekords tiegħek.

Dawn it-Termini u Kundizzjonijiet ġew modifikati l-aħħar fil-25/11/2011.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn