X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
shab mifrux H:28°C L:22°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Avviż ta’ Dewmien

Applikabbiltà

Japplikaw ir-regoli li ġejjin:

  • fir-rigward ta’ titjiriet li jitilqu minn ajruport fl-UE, u titjiriet operati minn trasportatur bl-ajru tal-Komunità li jitilqu minn ajruport f’pajjiż terz lejn ajruport fl-UE (sakemm ma rċevejtx benefiċċji jew kumpens u ma ġejtx mogħti assistenza f’dak il-pajjiż terz);
  • bil-kundizzjoni li għandek buking konfermat fuq it-titjira kkonċernata u tippreżenta ruħek għar-reġistrazzjoni kif stipulat u fil-ħin indikat bil-quddiem u bil-miktub jew b’mod elettroniku, jew, jekk ebda ħin mhu indikat, mhux aktar tard minn 45 minuta qabel il-ħin ippubblikat tat-tluq;
  • biss lil passiġġieri li jivvjaġġaw b’noll disponibbli direttament jew indirettament għall-pubbliku, jew fuq biljetti maħruġa taħt programm ta’ frequent flyer jew programm kummerċjali ieħor;
  • fejn l-Air Malta hija t-trasportatur li jopera t-titjira.

Regoli għal Assistenza

Meta l-Air Malta tistenna raġonevolment li titjira se tiddewwem aktar mill-ħin skedat tat-tluq:

  1. għal sagħtejn jew aktar fil-każ ta’ titjiriet ta’ 1500 kilometru jew anqas; jew
  2. għal tliet sigħat jew aktar fil-każ tat-titjiriet kollha intra-Komunitarji ta’ aktar minn 1500 kilometru u tat-titjiriet l-oħrajn kollha bejn 1500 u 3500 kilometru; jew
  3. għal erba’ sigħat jew aktar fil-każ tat-titjiriet kollha li ma jaqawx taħt (a) jew (b).

L-Air Malta toffrilek bla ħlas:

  • ikliet u trattament raġonevoli skont il-ħin ta’ stennija; u
  • żewġ telefonati, messaġġi b’telex jew bil-feks jew posta elettronika.

Meta l-ħin tat-tluq mistenni raġonevolment huwa tal-inqas l-għada tal-ħin tat-tluq imħabbar qabel, barra l-assistenza msemmija hawn fuq, l-Air Malta toffrilek:

  • akkomodazzjoni f’lukanda f’każijiet
    • fejn tkun meħtieġa waqfa ta’ lejl wieħed jew aktar, jew
    • fejn tkun meħtieġa waqfa addizzjonali għal dik li int kont qed tistenna; u
  • trasport bejn l-ajruport u l-post tal-akkomodazzjoni (lukanda jew post ieħor).

Meta d-dewmien huwa tal-inqas ħames sigħat u int tiddeċiedi li ma tivvjaġġax fuq it-titjira mdewma, flimkien mal-ikliet u l-assistenza tal-komunikazzjoni msemmija hawn fuq, l-Air Malta toffrilek: rimborż fi żmien sebat ijiem (fi flus kontanti, permezz ta’ trasferiment bankarju elettroniku, ordnijiet tal-bank jew ċekkijiet tal-bank jew, bi ftehim iffirmat tiegħek, f’vawċers tal-ivvjaġġar u/jew servizzi oħrajn) tan-nefqa totali tal-biljett tiegħek, bil-prezz li nxtara, għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li ma sarux, u għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li diġà saru jekk it-titjira m’għadhiex isservi skop b’relazzjoni mal-pjan oriġinali tiegħek tal-ivvjaġġar, flimkien ma’, fejn rilevanti, titjira tar-ritorn sal-ewwel punt tat-tluq, mal-ewwel opportunità. 
L-Air Malta toffrilek l-assistenza msemmija hawn fuq fi żmien il-limiti ta’ żmien stipulati fil-paragrafi (a)-(c) hawn fuq fir-rigward ta’ kull medda ta’ distanza. 
L-assistenza msemmija hawn fuq tapplika mingħajr preġudizzju għad-drittijiet kollha li jista’ jkollok skont il-liġi applikabbli (inkluża d-Direttiva UE 90/314 dwar il-vjaġġi kollox kompriż) għal kumpens ulterjuri, għalkemm tali assistenza mogħtija tista’ titnaqqas minn kwalunkwe tali kumpens ulterjuri.
Dan l-Avviż huwa meħtieġ mir-Regolament KE 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-lista tad-dettalji ta’ kuntatt tal-korp nazzjonali maħtur għall-infurzar tar-Regolament tinsab hawn annessa.
Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn