X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:18°C L:13°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Kundizzjonijiet Tal-Kuntratt

KUNDIZZJONIJIET TAL-KUNTRATT U AVVIŻI IMPORTANTI OĦRA

IL-PASSIĠĠIERI FUQ VJAĠĠ LI JINVOLVI DESTINAZZJONI AĦĦARIJA JEW WAQFA F’PAJJIŻ GĦAJR GĦALL-PAJJIŻ TAT-TLUQ HUMA AVŻATI LI GĦALL-VJAĠĠ INTIER TAGĦHOM, INKLUŻ KULL PORZJON MINNU FI ĦDAN PAJJIŻ, JISTGĦU JAPPLIKAW TRATTATI INTERNAZZJONALI MAGĦRUFA BĦALA L-KONVENZJONI TA’ MONTREAL JEW IL-PREDEĊESSUR TAGĦHA L-KONVENZJONI TA’ VARSAVJA, INKLUŻI L-EMENDI TAGĦHA (IS-SISTEMA TAL-KONVENZJONI TA’ VARSAVJA), U GĦAL TALI PASSIĠĠIERI T-TRATTAT APPLIKABBLI, INKLUŻI L-KUNTRATTI SPEĊJALI TAT-TRASPORT INTEGRATI FI KWALUNKWE TARIFFA APPLIKABBLI, JIGGVERNA U JISTA’ JILLIMITA R-RESPONSABBILTÀ TAT-TRASPORTATUR.

Avviż ta’ Limitazzjonijiet tar-Responsabbiltà

Il-Konvenzjoni ta’ Montreal jew is-sistema tal-Konvenzjoni ta’ Varsavja tista’ tkun applikabbli għall-vjaġġ tiegħek u dawn il-Konvenzjonijiet jiggvernaw u jistgħu jillimitaw ir-responsabbiltà tat-trasportaturi tal-ajru għall-mewt jew il-korriment fiżiku, għat-telf ta’ jew dannu għall-bagalji, u għal dewmien.

Fejn tapplika l-Konvenzjoni ta’ Montreal, il-limiti tar-responsabbiltà huma hekk kif ġej:

1.      M’hemmx limiti finanzjarji fir-rigward ta’ mewt jew korriment fiżiku.

2.      Fir-rigward ta’ qirda, telf ta’, jew ħsara jew dewmien tal-bagalji, 1,000 Dritt Speċjali ta’ Ġbid (madwar EUR 1,200; US$ 1,470) għal kull passiġġier f’ħafna mill-każijiet.

3.      Għal dannu kaġun ta’ dewmien fil-vjaġġ tiegħek, 4,150 Dritt Speċjali ta’ Ġbid (madwar EUR 5,000; US$ 6,000) għal kull passiġġier f’ħafna mill-każijiet.

Ir-Regolament KE Nru 889/2002 jistipula li t-trasportaturi tal-Komunità Ewropea japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-limiti tal-Konvenzjoni ta’ Montreal għat-trasport bl-ajru kollu minnhom ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom. Bosta trasportaturi mhux tal-Komunità Ewropea għażlu li jagħmlu dan fir-rigward tat-trasport ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom.

Fejn tapplika s-sistema tal-Konvenzjoni ta’ Varsavja, jistgħu japplikaw il-limiti ta’ responsabbiltà li ġejjin:

  1. 16,600 Dritt Speċjali ta’ Ġbid (madwar EUR 20,000; US $20,000) fir-rigward ta’ mewt jew korriment fiżiku jekk japplika l-Protokoll tal-Aja għall-Konvenzjoni jew 8,300 Dritt Speċjali ta’ Ġbid (madwar EUR 10,000; US$ 10,000) jekk tapplika l-Konvenzjoni ta’ Varsavja biss. Bosta trasportaturi neħħew bis-sħiħ dawn il-limiti volontarjament, u r-regolamenti tal-Istati Uniti jistipulaw li, għal vjaġġi lejn, minn jew b’post ta’ waqfien miftiehem fl-Istati Uniti, il-limitu ma jistax ikun inqas minn US$ 75,000.
  2. 17-il Dritt Speċjali ta’ Ġbid (madwar EUR 20; US$ 20.) għal kull kg għat-telf ta’ jew ħsara jew dewmien tal-bagalji reġistrati u 332 Dritt Speċjali ta’ Ġbid (madwar EUR 400; US$ 400) għal bagalji mhux reġistrati.
  3. It-trasportatur jista’ jkun responsabbli wkoll għal dannu kkawżat minn dewmien.

Aktar informazzjoni dwar il-limiti applikabbli għall-vjaġġ tiegħek tista’ tinkiseb mit-trasportatur. Jekk il-vjaġġ tiegħek jinvolvi trasport minn trasportaturi differenti, għandek tikkuntattja lil kull trasportatur għal informazzjoni dwar il-limiti applikabbli ta’ responsabbiltà.

Mingħajr ma jingħata każ għal liema Konvenzjoni tapplika għall-vjaġġ tiegħek, int tista’ tibbenefika minn limitu ogħla ta’ responsabbiltà għat-telf ta’, ħsara jew dewmien tal-bagalji billi fil-ħin tar-reġistrazzjoni tagħmel dikjarazzjoni speċjali tal-valur tal-bagalji tiegħek u tħallas kull miżata supplementari li tista’ tapplika. Inkella, jekk il-valur tal-bagalji jaqbeż il-limitu applikabbli ta’ responsabbiltà, għandek tassigurahom bis-sħiħ qabel ma tivvjaġġa.

Limitu ta’ żmien għal azzjoni: Kull azzjoni fil-qorti biex tagħmel klejm għal danni għandha tkun ippreżentata fi żmien sentejn mid-data tal-wasla tal-ajruplan, jew mid-data li fiha kellu jasal l-ajruplan. Klejms għal bagalji: Għandha tiġi ppreżentata notifika bil-miktub lit-trasportatur fi żmien 7 ijiem mir-riċevuta tal-bagalji reġistrati fil-każ ta’ ħsara, u, fil-każ ta’ dewmien, fi żmien 21 jum mid-data li fiha kienu disponibbli għall-passiġġier.

Termini tan-Notifika ta-Kuntratt Inkorporati b’Referenza:

  1. Il-kuntratt tat-trasport tiegħek mat-trasportatur li jipprovdilek trasport bl-ajru, sew jekk internazzjonali domestiku jew porzjon domestiku ta’ vjaġġ internazzjonali, huwa suġġett għal din in-notifika; għal kwalunkwe notifika jew riċevuta tat-trasportatur; u għat-termini u l-kundizzjonijiet individwali tat-trasportatur (Kundizzjonijiet), regoli, regolamenti u politiki relatati (Regolamenti) u kull tariffa applikabbli.
  2. Jekk it-trasport tiegħek jinvolvi aktar minn trasportatur wieħed, jistgħu japplikaw Kundizzjonijiet, Regolamenti u kull tariffa applikabbli differenti għal kull trasportatur.
  3. Il-Kundizzjonijiet, ir-Regolamenti u kull tariffa applikabbli ta’ kull trasportatur, permezz ta’ din in-notifika, huma inkorporati b’referenza fi u jagħmlu parti mill-kuntratt tat-trasport tiegħek.
  4. Il-Kundizzjonijiet jistgħu jinkludu, iżda mhumiex ristretti għal::

    - Il-kundizzjonijiet u l-limiti dwar ir-responsabbiltà tat-trasportatur għall-korriment fiżiku jew il-mewt ta’ passiġġieri.

    - Il-kundizzjonijiet u l-limiti dwar ir-responsabbiltà tat-trasportatur għat-telf ta’, ħsara għal jew dewmien ta’ oġġetti u bagalji, inklużi oġġetti fraġli jew li jitħassru.

    - Ir-regoli għad-dikjarazzjoni ta’ valur ogħla għall-bagalji u għall-ħlas ta’ kull miżata supplementari li tista’ tapplika.

    - L-applikazzjoni tal-Kundizzjonijiet u l-limiti ta’ responsabbiltà tat-trasportatur għall-atti tal-aġenti, qaddejja u rappreżentanti tat-trasportatur, inkluż kwalunkwe persuna li tipprovdi tagħmir jew servizzi lit-trasportatur.

    - Ir-restrizzjonijiet fuq klejms, inklużi limiti ta’ żmien sa meta l-passiġġieri għandhom jiffajljaw klejms jew jieħdu azzjoni kontra t-trasportatur.

    - Ir-regoli dwar konfermi mill-ġdid jew bukings; ħinijiet tar-reġistrazzjoni; l-użu, id-dewmien u l-validità tas-servizzi tat-trasport bl-ajru; u d-dritt tat-trasportatur li jirrifjuta t-trasport.

    - Id-drittijiet tat-trasportatur u l-limiti fuq ir-responsabbiltà tat-trasportatur għal dewmien jew nuqqas li jopera servizz, inkluż tibdiliet fl-iskeda, sostituzzjoni ta’ trasportaturi jew ajruplani alternattivi u rrottar mill-ġdid, u, fejn meħtieġ mil-liġi applikabbli, l-obbligu tat-trasportatur li javża lill-passiġġieri dwar l-identità tat-trasportatur li se jopera jew l-ajruplan sostitwit.

    - Id-drittijiet tat-trasportatur li jirrifjuta trasport lil passiġġieri li jonqsu milli josservaw il-liġijiet applikabbli jew li jonqsu milli jippreżentaw id-dokumenti kollha meħtieġa tal-ivvjaġġar.
  5. Tista’ tikseb aktar informazzjoni dwar il-kuntratt tat-trasport tiegħek, u ssir taf kif titlob kopja f’postijiet fejn jinbiegħ trasport mat-trasportatur. Bosta trasportaturi għandhom ukoll din l-informazzjoni fuq il-websajts tagħhom. Meta meħtieġ mil-liġi applikabbli, int għandek id-dritt li tispezzjona t-test sħiħ tal-kuntratt tat-trasport tiegħek fl-uffiċċji tal-ajruport u tal-bejgħ tat-trasportatur, u fuq talba, li tirċievi kopja bil-posta jew b’servizz ieħor ta’ kunsinna mingħand kull trasportatur bla ħlas.
  6. Jekk trasportatur ibiegħ servizzi tat-trasport bl-ajru jew jirreġistra bagalji speċifikati għat-trasport fuq trasportatur ieħor, jagħmel dan biss bħala aġent tat-trasportatur l-ieħor.

MA TISTAX TIVVJAĠĠA JEKK M’GĦANDEKX ID-DOKUMENTI KOLLHA MEĦTIEĠA TAL-IVVJAĠĠAR, BĦAL PASSAPORT U VIŻA.

IL-GVERNIJIET JISTGĦU JEĦTIEĠU LIT-TRASPORTATUR TIEGĦEK BIEX JAGĦTIHOM INFORMAZZJONI DWAR JEW JAGĦTIHOM AĊĊESS GĦAD-DEJTA TAL-PASSIĠĠIERI.

IMBARK IRRIFJUTAT: Jista’ jkun hemm bukings żejda fuq titjiriet, u hemm ċans żgħir li ma jkunx hemm post disponibbli fuq it-titjira anke jekk għandek buking ikkonfermat. F’ħafna ċirkostanzi, jekk tkun irrifjutat l-imbark involontarjament, int intitolat għal kumpens. Meta meħtieġ mil-liġi applikabbli, it-trasportatur għandu jitolbu għal voluntiera qabel ma passiġġier ikun irrifjutat imbark involontarjament. Iċċekkja mat-trasportatur tiegħek għar-regoli sħaħ dwar il-pagament ta’ kumpens għal imbark irrifjutat (DBC) u għal informazzjoni dwar il-prijoritajiet tal-imbark tat-trasportatur.

BAGALJI: Tista’ tiddikjara valutazzjoni żejda fuq ċerti tipi ta’ oġġetti. It-trasportaturi jistgħu japplikaw regoli speċjali għal oġġetti fraġli, ta’ valur jew li jitħassru. Iċċekkja mat-trasportatur tiegħek. Bagalji reġistrati: It-trasportaturi jistgħu jippermetti konċessjoni bla ħlas ta’ bagalji reġistrati, li hija stipulata mit-trasportatur u li tista’ tvarja skont il-klassi, u/jew ir-rotta. It-trasportaturi jistgħu japplikaw ħlasijiet addizzjonali għal bagalji reġistrati b’piż akbar mill-konċessjoni permessa tagħhom. Iċċekkja mat-trasportatur tiegħek. Bagalji tal-Kabina (Mhux Reġistrati): It-trasportaturi jistgħu jippermettu konċessjoni bla ħlas ta’ bagalji tal-kabina, li hija stipulata mit-trasportatur u li tista’ tvarja skont il-klassi, ir-rotta, u/jew it-tip ta’ ajruplan. Huwa rrrikkmandat li l-bagalji tal-kabina jkunu limitati. Iċċekkja mat-trasportatur tiegħek. Jekk il-vjaġġ tiegħek jinvolvi trasport ma’ aktar minn trasportatur wieħed, kull trasportatur jista’ japplika regoli differenti dwar il-bagalji (kemm dawk reġistrati u tal-kabina). LIMITAZZJONIJIET SPEĊJALI TA’ RESPONSABBILTÀ GĦAL BAGALJI GĦAL VJAĠĠAR FL-ISTATI UNITI: Għal vjaġġi domestiċi sħaħ bejn punti fl-Istati Uniti, ir-regoli federali jistipulaw li kull limitu fuq ir-responsabbiltà għal bagalji ta’ trasportatur għandu jkun ta’ mill-inqas US$ 3,000.00 għal kull passiġġier, jew l-ammont li bħalissa huwa ordnat minn 14 CFR 254.5.

ĦINIJIET TAR-REĠISTRAZZJONI. Il-ħin muri fuq l-itinerarju/ir-riċevuta huwa l-ħin tat-tluq tal-ajruplan. Il-ħin tat-tluq tat-titjira mhuwiex l-istess bħall-ħin li fih int għandek tirreġistra jew il-ħin meta int għandek tkun disponibbli għall-imbark. It-trasportatur tiegħek jista’ jirrifjuta li jittrasportak jekk tasal tard. Il-ħinijiet tar-reġistrazzjoni, kif avżati mit-trasportatur tiegħek, huma l-aħħar ħinijiet li fihom il-passiġġieri jistgħu jiġu aċċettati għall-ivvjaġġar; il-ħinijiet tal-imbark, kif avżati mit-trasportatur tiegħek, huma l-aħħar ħinijiet li fihom il-passiġġieri għandhom jippreżentaw ruħhom għall-imbark.

OĠĠETTI PERIKOLUŻI (MATERJAL PERIKOLUŻ)

Għal raġunijiet ta’ sikurezza, oġġetti perikolużi m’għandhomx ikunu ppakkjati f’bagalji reġistrati jew tal-kabina (mhux reġistrati) għajr jekk permessi speċifikament. Oġġetti perikolużi jinkludu iżda mhumiex limitati għal: gassijiet kumpressati, sustanzi korrużivi, splussivi, likwidi u solidi li jaqbdu n-nar, materjali radjuattivi, materjali ossidi, veleni, sustanzi infettivi, u briefcases b’tagħmir tal-allarm installat. Għal raġunijiet ta’ sikurezza, jistgħu japplikaw restrizzjonijiet oħrajn. Iċċekkja mat-trasportatur tiegħek.



Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn