X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:20°C L:13°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Titjiriet Charter

Avviż

Jekk il-vjaġġ tal-passiġġier ikun jinvolvi destinazzjoni aħħarija jew waqfa f'pajjiż għajr il-pajjiż tat-tluq, jistgħu japplikaw il-Konvenzjoni ta' Varsavja jew il-Konvenzjoni ta' Montreal u dawn il-Konvenzjonijiet jirregolaw u jistgħu jillimitaw ir-responsabbiltà tal-linji tal-ajru għall-mewt jew il-korriment fiżiku u fir-rigward tat-telf jew ħsara fil-bagalji. Ħafna linji tal-ajru neħħew il-limiti tal-Konvenzjoni ta' Varsavja għall-mewt jew korriment fiżiku. Aktar informazzjoni tista' tinkseb mingħand il-linja tal-ajru. Ara wkoll l-avviżi bit-titlu “Avviż lill-Passiġġieri Internazzjonali dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabbiltà” u “Avviż ta' Limitazzjonijiet tar-Responsabbiltà għall-Bagalji”. Jekk il-vjaġġ ikun kollu fil-Gżejjer Maltin, tapplika l-liġi domestika Maltija, li tipprovdi għal limitazzjonijiet tar-responsabbiltà simili.


Avviż ta' Taxxi, Tariffi u Ħlasijiet Imposti mill-Gvern
Il-prezz ta' dan il-biljett jista' jinkludi taxxi, tariffi u ħlasijiet, li jkunu imposti fuq it-trasport bl-ajru mill-awtoritajiet tal-gvern. Dawn it-taxxi, tariffi u ħlasijiet, li jistgħu jirrappreżentaw porzjon sinifikanti tal-prezz tal-vjaġġ bl-ajru, ikunu jew inklużi fin-noll, jew murija separatament fil-kaxxa(i) “TAXXA/TARIFFA/ĦLAS” ta' dan il-biljett. Tista' tkun meħtieġ ukoll tħallas taxxi, tariffi u ħlasijiet li ma jkunux diġà nġabru.


Imbark Mhux Permess Minħabba Buking Żejjed
F'dawk il-pajjiż fejn ikun hemm fis-seħħ regolamenti dwar Kumpens għal Imbark Mhux Permess, il-linji tal-ajru joperaw skemi ta' kumpens għal passiġġieri li jkollhom bukings ikkonfermati iżda li ma jitħallewx jimbarkaw minħabba n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' siġġijiet minħabba buking żejjed. Id-dettalji ta' dawn il-pjanijiet huma disponibbli fl-uffiċċji tal-linji tal-ajru.
Sabiex inaqqsu l-effett ta'  “passiġġieri li ma jitfaċċawx” u sabiex jippermettu li s-siġġijiet jintużaw minn passiġġieri li altrimenti ma jkunux jistgħu jivvjaġġaw fuq titjira magħżula, il-linji tal-ajru jistgħu jieħdu bukings għat-titjiriet aktar milli jkun hemm siġġijiet disponibbli.
Filwaqt li l-linji tal-ajru jagħmlu kull sforz sabiex jipprovdu s-siġġijiet li għalihom ikun hemm bukings ikkonfermati, id-disponibbiltà tas-siġġijiet mhijiex iggarantita b'mod assolut.


Kundizzjonijiet tal-Kuntratt

  1. Kif użat f'dan il-kuntratt, “biljett” ifisser dan il-biljett tal-passiġġier u l-biljett tal-bagalji, jew dan l-itinerarju/riċevuta jekk applikabbli, fil-każ ta' biljett elettroniku li tiegħu jiffurmaw parti dawn il-kundizzjonijiet u l-avviżi; “ġarr” huwa ekwivalenti għal “trasport”, “trasportatur” ifisser il-linji tal-ajru kollha li jġorru jew jintrabtu li jġorru l-passiġġier jew il-bagalji tiegħu jew kwalunkwe servizz anċillari għal tali ġarr bl-ajru; “biljett elettroniku” jfisser l-Itinerarju/Riċevuta maħruġa minn jew f'isem it-Trasportatur, il-Kupuni Elettroniċi u jekk applikabbli, dokument tal-imbark; il-“Konvenzjoni ta' Varsavja” tfisser il-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli relatati mal-Ġarr Internazzjonali bl-Ajru li ġiet iffirmata f'Varsavja fit-12 ta' Ottubru 1929, jew dik il-Konvenzjoni kif emendata fl-Aja fit-28 ta' Settembru 1955, skont liema tapplika; il-“Konvenzjoni ta' Montreal” tfisser il-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għall-Ġarr Internazzjonali bl-Ajru li ġiet iffirmata f'Montreal fit-28 ta' Mejju 1999.
  2. Il-ġarr hawnhekk huwa soġġett għar-regoli u l-limitazzjonijiet relatati mar-responsabbiltà stabbiliti jew mill-Konvenzjoni ta' Varsavja jew mill-Konvenzjoni ta' Montreal sakemm dan il-ġarr ma jkunx “Ġarr Internazzjonali” kif definit minn dik il-Konvenzjoni. Ġarr kompletament fi ħdan il-Gżejjer Maltin fuq titjiriet domestiċi huwa soġġett għal-liġi domestika Maltija li tipprovdi għal regoli u limitazzjonijiet simili relatati mar-responsabbiltà.
  3. Sakemm ma jkunux f'kunflitt ma' dak li ntqal hawn fuq, il-ġarr u s-servizzi l-oħra mwettqa minn kull trasportatur huma soġġetti għal: (i) id-dispożizzjonijiet kontenuti fil-biljett; (ii) it-tariffi applikabbli; (iii) il-kundizzjonijiet tal-ġarr tat-trasportatur u regolamenti relatati li jsiru parti minnhom (u li huma disponibbli fl-uffiċċju tat-trasportatur), ħlief fit-trasport bejn post fl-Istati Uniti jew il-Kanada u kwalunkwe post barra minnhom li għalih japplikaw it-tariffi fis-seħħ f'dawk il-pajjiżi.
  4. L-isem tat-trasportatur jista' jkun imqassar fil-biljett, l-isem sħiħ u t-taqsira tiegħu jkunu ppreżentati fit-tariffi, il-kundizzjonijiet tal-ġarr, ir-regolamenti jew l-iskedi tat-trasportatur; l-indirizz tat-trasportatur għandu jkun l-ajruport tat-tluq muri fuq in-naħa opposta tal-ewwel taqsira tal-isem tat-trasportatur fuq il-biljett; il-postijiet maqbula ta' waqfa huma dawk il-postijiet stabbiliti f'dan il-biljett jew kif murija fl-iskedi tat-trasportatur bħala postijiet skedati ta' waqfa fir-rotta tal-passiġġier; il-ġarr li jrid isir minn diversi trasportaturi suċċessivi huwa kkunsidrat bħala operazzjoni waħda.
  5. Trasportatur bl-ajru li joħroġ biljett għall-ġarr fuq il-linji ta' trasportatur bl-ajru ieħor jagħmel dan biss bħala l-Aġent tiegħu.
  6. Kwalunkwe esklużjoni jew limitazzjoni tar-responsabbiltà ta' trasportatur għandha tapplika għal u tkun għall-benefiċċju tal-aġenti, l-uffiċjali u r-rappreżentanti tat-trasportatur u kwalunkwe persuna li l-inġenju tal-ajru tagħha jintuża mit-trasportatur għall-ġarr u l-aġenti, l-uffiċjali u r-rappreżentanti tagħha.
  7. Il-bagalji se jiġu kkonsenjati lid-detentur tal-biljett tal-bagalji. Fil-każ ta' ħsara f'bagalji li jkunu mexjin fi trasport internazzjonali, irid isir ilment bil-miktub lit-trasportatur immedjatament wara li tinstab il-ħsara u sa mhux aktar tard minn sebat ijiem mill-konsenja; f'każ ta' dewmien, l-ilment irid isir fi żmien 21 jum minn meta jkunu ġew ikkonsenjati l-bagalji. Ara t-tariffi fuq il-kundizzjonijiet tal-ġarr fir-rigward ta' trasport mhux internazzjonali.
  8. Dan il-biljett huwa tajjeb għall-ġarr għal sena mid-data tal-ħruġ, ħlief kif ipprovdut mod ieħor f'dan il-biljett fit-tariffi, il-kundizzjonijiet tal-ġarr, jew regolamenti relatati tat-trasportatur. In-noll għall-ġarr jista' jinbidel qabel ma jinbeda l-ġarr. It-trasportatur jista' jirrifjuta t-trasport jekk in-noll applikabbli ma jkunx tħallas.
  9. It-trasportatur iwiegħed li juża l-aħjar sforzi tiegħek biex iġorr il-passiġġieri u l-bagalji fl-iqsar ħin raġonevoli. Il-ħinijiet murija fl-iskedi jew f'postijiet oħra mhumiex garantiti u ma jiffurmawx parti minn dan il-kuntratt. It-trasportatur jista' jibdel mingħajr avviż trasportaturi jew inġenji tal-ajru alternattivi u jista' jbiddel jew iħalli barra postijiet ta' waqfa murija fuq il-biljett f'każ ta' ħtieġa. L-iskedi jistgħu jinbidlu mingħajr avviż. It-trasportatur ma jassumi l-ebda responsabbiltà biex jagħmel kollegamenti.
  10. Il-passiġġier għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Gvern għall-ivvjaġġar, jippreżenta d-dokumenti tal-ħruġ, dħul u dokumenti oħra meħtieġa u jasal fl-ajruport sal-ħin stabbilit mit-trasportatur jew, jekk ma jkun stabbilit l-ebda ħin, jasal kmieni biżżejjed sabiex ilesti l-proċeduri tat-tluq.
  11. L-ebda aġent, uffiċjal jew rappreżentant tat-trasportatur ma għandu l-awtorità li jibdel, jimmodifika jew ineħħi xi dispożizzjoni ta' dan il-kuntratt.


Avviż lill-Passiġġieri Internazzjonali dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabbiltà
Il-passiġġieri fuq vjaġġ li jinvolvi destinazzjoni finali jew waqfa f'pajjiż li ma jkunx il-pajjiż tal-oriġini huma avżati li d-dispożizzjonijiet ta' trattat magħruf bħala l-Konvenzjoni ta' Varsavja jistgħu japplikaw għall-vjaġġ sħiħ, inkluża kwalunkwe parti li ssir kompletament fil-pajjiż tal-oriġini jew tad-destinazzjoni. Għal dawk il-passiġġieri fuq vjaġġ lejn, minn, jew b'post maqbul ta' waqfa fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-Konvenzjoni u kuntratti speċjali ta' ġarr inkorporati fit-tariffi applikabbli jopprovdu li r-responsabbiltà ta' ċerti trasportaturi li huma partijiet f'tali kuntratti speċjali, għall-mewt jew il-korriment personali tal-passiġġieri fil-biċċa l-kbira tal-każijiet hija limitata għal danni ppruvati li ma jaqbżux US$75,000 għal kull passiġġier, u li din ir-responsabbiltà sa tali limitu m'għandhiex tiddependi fuq in-negliġenza min-naħa tat-Trasportatur. Għall-passiġġieri li jkunu qegħdin jivvjaġġaw ma' Trasportatur li mhuwiex parti f'tali kuntratti speċjali jew li jkunu fuq vjaġġ li ma jkunx lejn, minn, jew li jkollu post maqbul ta' waqfa fl-Istati Uniti tal-Amerika, ir-responsabbiltà tat-trasportatur għall-mewt jew il-korriment personali ta' passiġġieri hija limitata fil-biċċa l-kbira tal-każijiet għal madwar US$10,000 jew US$20,000.
L-ismijiet tat-Trasportaturi, li huma partijiet f'tali kuntratti speċjali, huma disponibbli fl-uffiċċji kollha tal-biljetti ta' dawn it-Trasportaturi u jistgħu jiġu eżaminati meta jintalab. Ġeneralment tista' tinkiseb protezzjoni addizzjonali billi wieħed jixtri assigurazzjoni mingħand kumpanija privata. Tali assigurazzjoni ma hija affettwata mill-ebda limitazzjoni tar-responsabbiltà tat-Trasportatur skont il-Konvenzjoni ta' Varsavja jew tali kuntratti tal-ġarr speċjali.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-linja tal-ajru jew rappreżentant tal-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek.
*Nota: Il-limitu ta' responsabbiltà ta' US$75,000 imsemmi hawn fuq jinkludi t-tariffi u l-ispejjeż legali ħlief li fil-każ ta' klejm li ssir fi Stat fejn ikun hemm proviżjon għall-għoti separat tat-tariffi u l-ispejjeż legali, il-limitu għandu jkun is-somma ta' US$58,000 li ma tinkludix it-tariffi u l-ispejjeż legali.


Avviż ta' Limitazzjonijiet tar-Responsabbiltà għall-Bagalji

Ir-responsabbiltà għat-telf, dewmien, jew ħsara fil-bagalji hija limitata sakemm ma jiġix iddikjarat valur ogħla minn qabel u jitħallsu tariffi addizzjonali. Għall-biċċa l-kbira tal-vjaġġi Internazzjonali (inklużi l-porzjonijiet domestiċi ta' vjaġġi internazzjonali), il-limitu tar-responsabbiltà huwa bejn wieħed u ieħor US$9.07 għal kull libbra (US$20.00 għal kull kilo) għall-bagalji ċċekkjati u US$400.00 kull passiġġier għall-bagalji mhux iċċekkjati. Għal vjaġġi kompletament bejn punti fl-Istati Uniti, ir-regoli Federali jitolbu li kwalunkwe limitu fuq ir-responsabbiltà tal-linja tal-ajru għall-bagalji tiġi stabbilita mill-anqas għal US$1,250.00 għal kull passiġġier. Tista' tiġi ddikjarata stima żejda fuq ċerti tipi ta' oġġetti. Xi trasportaturi ma jassumu l-ebda responsabbiltà għal oġġetti fraġli, prezzjużi jew li jistgħu jintilfu. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mingħand it-trasportatur.


Limiti tar-Responsabbiltà
Il-limiti applikabbli tar-responsabbiltà għall-vjaġġ tiegħek, fuq titjira operata mill-Air Malta huma kif ġej:

  1. M'hemmx limiti finanzjarji għal imwiet u korrimenti fiżiċi u t-trasportatur bl-ajru jista' jagħmel pagament bil-quddiem biex jaqdi l-ħtiġijiet ekonomiċi immedjati tal-persuna intitolata li jitlob kumpens;
  2. Fil-każ ta' qerda, telf, ħsara jew dewmien tal-bagalji, 1000 Special Drawing Right (madwar EUR1,230) u, jekk il-valur tal-bagalji tiegħek ikun akbar minn dan il-limitu, inti għandek tinforma lit-trasportatur fiċ-check-in jew tiżgura li jkunu assigurati b'mod sħiħ qabel il-vjaġġ;
  3. Fil-każ ta' dewmien fil-vjaġġ tiegħek, 4,150 Special Drawing Right (madwar EUR 5,100).

Jekk il-vjaġġ tiegħek jinvolvi wkoll ġarr b'linji tal-ajru oħra, inti għandek tikkuntattjahom għal informazzjoni dwar il-limiti tar-responsabbiltà.
Dan l-avviż jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Regolament tal-Komunità Ewropea (KE) Nru 889/2002.







Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn