Assistenza fiċ-check-in
Għamilt prenotazzjoni għal titjira u rċevejt il-biljett tiegħek, iżda qed issib xi problemi biex tagħmel iċ-check in għat-titjira tiegħek? Aħna ninsabu hawnhekk biex ngħinuk. Hawn taħt, inti tista' tanalizza xi wħud mill-kwistjonijiet l-aktar komuni li jinqalgħu minn żmien għal ieħor:
Biljetti mixtrija minn aġenti tal-ivvjaġġar: Jekk ibbukkjajt it-titjira tiegħek mingħand aġent tal-ivvjaġġar jew parti terza oħra, inti xorta waħda ser tkun tista' tagħmel iċ-check in bl-internet, billi ddaħħal ismek, kunjomok, in-numru tat-titjira u d-data biss. Fil-preżent, il-kodiċijiet tal-prenotazzjoni li ma jinħarġux direttament mill-Air Malta ma jiġux aċċettati għaċ-check-in bl-internet.
Tibdil fl-assenjazzjoni tas-siġġijiet wara ċ-check-in: Sabiex tbiddel l-assenjazzjoni tas-siġġijiet wara li tuża s-servizz taċ-check-in bl-internet, jeħtieġ li tikkuntattja lid-desk taċ-check-in fejn jitħallew l-affarijiet fl-ajruport.
Check-in bl-internet għal titjiriet ta' konnessjoni: Jekk il-vjaġġ tiegħek jinkludi titjira ta' konnessjoni, inti tkun tista' tagħmel iċ-check-in bl-internet jekk:
- It-titjira ta' konnessjoni tkun operata minn kumpanija tal-ajru li jkollha ftehim "permezz ta' check-in" mal-Air Malta: Dawn huma KLM, Air Berlin, Air One, Alitalia, British Airways, British Midland, SAS, Emirates Airlines, Hapag Lloyd, Lufthansa, Swiss International, North West u Qantas.
- Ikollok referenza ta' prenotazzjoni unika għall-itinerarju sħiħ.
Ftakar li għandhom jiġu pprintjati żewġ karti ta' imbarkazzjoni għal kull fażi tat-titjira.
Codeshare: Iċ-check-in bl-internet jista' jsir għal kull titjira codeshare li hija operata mill-Air Malta.
Tfal: Is-servizz taċ-check-in bl-internet mhuwiex disponibbli għall-Minuri Mhux Akkumpanjati ta' bejn is-7 snin u 12-il sena (b'mod inklużiv) u għall-passiġġieri kollha li jeħtieġu assistenza speċjali.
Il-Karti ta' Imbarkazzjoni: Jekk bi żball titlef il-karti tal-imbarkazzjoni tiegħek, inti tista' terġa' tagħmel iċ-check-in bl-internet sabiex tkun tista' terġa' tipprintjahom. Kopja tal-karti ta' imbarkazzjoni tista' terġa' tiġi pprintjata wkoll mid-desks taċ-check-in fejn jitħallew l-affarijiet fl-ajruport. Il-kontrolli tas-sigurtà u l-verifiki tal-karta tal-identità japplikaw il-ħin kollu.
Attenzjoni: Jekk tkun ser tivvjaġġa lejn/minn ajruport tar-Renju Unit u ma tissottomettix l-informazzjoni dwar id-dejta tal-Passaport API, inti ma tkunx tista' tipprintja l-karti tal-imbarkazzjoni tiegħek.
Kif tbiddel il-prenotazzjoni tiegħek: Jekk trid tagħmel xi tibdil fl-itinerarju tiegħek wara li tagħmel iċ-check-in bl-internet, inti għandek tikkuntattja lit-taqsima tal-prenotazzjonijiet. Il-ħlasijiet applikabbli jiddependu fuq ir-regoli dwar in-nollijiet tat-titjira fir-rigward tal-kanċellazzjoni tat-tibdiliet. F'dan il-każ, inti tkun trid terġa' tagħmel iċ-check-in wara li tagħmel it-tibdiliet mixtieqa.
Lil min għandek tikkuntattja: Jekk tiltaqa' ma' xi problemi oħrajn bis-servizz taċ-check-in bl-internet jew permezz tat-telefon ċellulari, inti tista' tikkuntattja lis-Servizzi tal-Immaniġġjar tal-Passiġġieri tal-Air Malta billi tibgħat email għal aktar għajnuna. Jekk jogħġbok, spjega x'inhi l-problema li qed tiltaqa' magħha u, f'każijiet fejn tirċievi messaġġ li jgħarrfek bl-iżball, aħna napprezzaw jekk tibgħat ukoll screenshot sabiex tgħinna nevalwaw il-problema u nweġbuk aktar malajr.