Iċ-Check-In permezz tat-Telefon Ċellulari

check-in permezz tat-telefon ċellulari
Issa tista' tkun kompletament mobbli
Uża t-telefon ċellulari tiegħek biex tagħmel check-in waqt li tkun għaddej bl-affarijiet tiegħek
Jekk tgħix ħajja mgħaġġla, mhux dejjem ikun possibbli li ssib il-ħin biex tpoġġi bilqiegħda u tagħmel iċ-check-in.
Għalhekk, aħna qegħdin nimpenjaw ruħna biex noffru servizz ta' check-in permezz tat-telefon ċellulari minn fuq dan is-sit u, b'hekk, inkomplu ntejbu s-servizz tagħna hekk kif nimxu 'l quddiem.
Is-sistema tagħna ta’ check-in permezz tat-telefon ċellulari tagħtik iċ-ċans li, mingħajr problemi ta’ xejn, tagħmel check-in biex tikkonferma l-preżenza tiegħek fuq it-titjira - forsi anki waqt li tkun fi triqtek lejn l-ajruport! Mingħajr ma jkollok bżonn tipprintja xejn, lanqas il-biljett tal-imbarkazzjoni, inti tkun tista' tmur dritt lejn il-kontroll tas-sigurtà u lejn id-destinazzjoni tiegħek.
Issa tista' tiffoka fuq l-aktar affarijiet li huma verament importanti - li tgawdi l-vjaġġ tiegħek bis-sħiħ, kemm jekk tkun qiegħed waħdek, mal-familja tiegħek jew mal-ħbieb.
X'għandek tiftakar
- Iċ-check-in permezz tat-telefon ċellulari jkun disponibbli minn 23 siegħa sa sagħtejn qabel il-ħin skedat tat-tluq.
- Tirriskjax li titlef it-titjira tiegħek. Kun żgur li tagħmel iċ-check-in mill-inqas 45 minuta qabel il-ħin skedat tat-tluq biex tevita r-riskju li l-prenotazzjoni tiegħek titħassar u tiġi kklassifikata bħallikieku ma tfaċċajtx.
- Iċċarġja l-batterija tat-telefon ċellulari tiegħek mill-inqas sagħtejn qabel ma tkun qed tippjana li tużah biex tagħmel iċ-check-in għat-titjira tiegħek. Jekk ma tistax turi l-biljett tal-imbarkazzjoni fuq it-telefon ċellulari tiegħek, dan ikollu jiġu pprintjat mid-desks tas-servizzi tagħna, xi ħaġa li tikkawżalek dewmien.
Postijiet
Fil-preżent, iċ-check permezz tat-telefon ċellulari huwa disponibbli biss għat-titjiriet kollha
tagħna li jitilqu minn Malta.
Bħalissa qegħdin naħdmu biex noffru ċ-check-in minn aktar ajruporti tagħna. Inti tista' tirreġistra għall-MyKM biex tiġi nnotifikat permezz ta' email meta nintroduċu s-servizz aktar 'il quddiem.
Kif jaħdem iċ-Check in permezz tat-telefon ċellulari?
Jekk it-telefon ċellulari jew l-apparat mobbli tiegħek għandu konnessjoni permezz ta' Wi-Fi, GPRS, WAP jew 3G, inti tkun tista' tużah biex tagħmel iċ-check-in. Segwi dawn il-passi faċli:
- Ikklikkja fuq il-buttuna taċ-check-in permezz tat-telefon ċellulari minn hawn fuq jew mill-paġna prinċipali.
- Daħħal id-dettalji meħtieġa, inkluż l-isem u l-kunjom tal-passiġġier, in-numru tat-titjira u r-rekord tal-prenotazzjoni (PNR).
- F'dan l-istadju, inti tista' tiddeċiedi li tbiddel jew tagħżel il-post fejn tpoġġi bilqiegħda.
- Ma hemmx bżonn li tipprintja l-biljett tal-imbarkazzjoni tiegħek; kulma għandek tagħmel huwa li tippreżenta l-irċevuta diġitali tal-imbarkazzjoni fuq it-telefon ċellulari tiegħek fil-post tal-imbarkazzjoni.
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar iċ-check-in permezz tat-telefon ċellulari, tista' żżur il-kategorija ta' għajnuna.