Irreġistra l-Bagalji Tiegħek
Jekk bħal ħafna oħrajn tagħżel li tieħu vantaġġ mill-konċessjonijiet ġenerużi tagħna ta’ bagalji li tista' ġġorr, inti ser ikollok bżonn tirreġistra l-bagalji tiegħek fl-ajruport tat-tluq tiegħek.
Kif tirreġistra l-bagalji tiegħek
Ikun xi jkun il-metodu ta' check-in li tagħażel, sabiex tkun tista' tivvjaġġa b’bagalji akbar ser ikollok bżonn issegwi dawn il-passi:
- Żur id-desk taċ-check-in li nkunu ddedikajna għat-titjira tiegħek
- Ippreżenta l-biljett elettroniku pprintjat tiegħek u d-dokumenti tal-ivvjaġġar meħtieġa
- Ippreżenta l-bagalji li tixtieq tirreġistra
- Il-bagalji tiegħek jiġu mmarkati b'tikketta skont it-titjira u d-destinazzjoni tiegħek
- Tista' tipproċedi lejn il-kontrolli tas-sigurtà jew lejn it-terminal tat-tluq fejn tkun qiegħda tistenniek it-titjira tiegħek
Ftakar: Ir-reġistrazzjoni tal-bagalji għat-titjiriet kollha tal-Air Malta tagħlaq nofs siegħa qabel il-ħin skedat tat-tluq, bl-eċċezzjoni ta' Tripli, li tagħlaq 45 minuta qabel il-ħin skedat tat-tluq.
Konċessjonijiet tal-piż u restrizzjonijiet oħrajn
Hekk kif tkun qed tirreġistra l-bagalji tiegħek, wieħed mill-assistenti ġentili tal-Air Malta jgħinek billi jeħodlok il-bagalji tiegħek u jiżinhom biex jiċċekkja jekk dak li tkun qed iġġorr huwiex skont il-piż permess għall-bagalji tiegħek.
Biex tirreġistra oġġetti bħal ikel li jitħassar malajr, pushchairs tat-trabi jew apparat mediku, inti għandek tikkuntattjana minn qabel. Żur it-taqsima bagalji speċjali biex issir taf aktar.
- Aqra aktar dwar l-ammont ta’ piż ta’ bagalji rreġistrati li tista' tieħu hawn
- Tinsiex ir-restrizzjonijiet fuq ċerti oġġetti li tista' ġġorr fil-bagalji rreġistrati
Postijiet fejn tista' tiddepożita l-bagalji tiegħek
Ġeneralment, id-desks tas-servizz tagħna jkunu fiż-żona tat-tluq tal-ajruporti li nservu.
Aħna nassiguraw li dawn dejjem jiftħu mill-inqas sagħtejn qabel it-tluq skedat tat-titjira tiegħek.
Skont id-daqs tal-ajruport, il-maġġoranza tat-titjiriet tagħna li jkunu ser jitilqu jkollhom żewġ desks iddedikati għalihom; wieħed għall-passiġġieri li jkunu diġà għamlu ċ-check-in u li jkunu jixtiequ jiddepożitaw il-bagalji tagħhom u ieħor għal dawk li jkunu għadhom iridu jagħmlu ċ-check-in ukoll.
Gruppi li jkunu qegħdin jivvjaġġaw flimkien għal konferenza jistgħu wkoll jikkuntattjawna biex nallokawlhom desk taċ-check-in riservat b'mod speċjali għalihom.