Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Check-In fl-Ajruport

Jekk ma għandekx konnessjoni tal-internet jew ma tistax tmur fuq l-internet biex tagħmel iċ-check-in għat-titjira lura matul il-vjaġġ tiegħek, tista' tagħżel li tagħmel iċ-check-in fl-ajruport

Jekk tasal fl-ajruport tat-tluq tiegħek u jkollok bżonn tagħmel iċ-check-in għat-titjira tiegħek, sib is-servizzi ta’ għajnuna tagħna fit-terminal tat-tluq u l-membri tal-persunal tagħna jkunu lesti jgħinuk billi

  1. Jagħmlulek iċ-check-in għat-titjira tiegħek. F'dan l-istadju, inti ser tiġi pprovdut ukoll bin-numru tas-siġġu fejn għandek tpoġġi bilqiegħda.
  2. Jeħdulek il-bagalji tiegħek li 

    diġà jkunu ġew irreġistrati fiċ-check-in

     
    Aqra aktar dwar il-konċessjoni għall-piż tal-bagalji
    Kif tirreġistra l-bagalji tiegħek
  3. Jipprovdulek il-biljett tal-imbarkazzjoni tiegħek biex tipproċedi   

Hemm counters separati għall-passiġġieri Club Malta u Economy . 

Meta għandi nkun fl-ajruport biex nagħmel iċ-check-in?

Jekk tkun ser tagħmel iċ-check-in fl-ajruport, huwa kruċjali li tippjana bil-quddiem u tasal fit-terminal tat-tluq qabel il-ħin tat-tluq. Ir-regola hija li tasal fil-post madwar siegħa sa sagħtejn qabel it-tluq skedat tat-titjira. Dan jagħtik biżżejjed ħin biex tagħmel iċ-check-in, tgħaddi mill-kontrolli tas-sigurtà u titla' fuq l-ajruplan

Hawnhekk ser issib linji gwida aktar speċifiċi skont l-ajruport tat-tluq tiegħek biex jgħinuk issir taf meta tista' tagħmel iċ-check-in fl-ajruport qabel it-tluq tat-titjira:

Titjiriet minn Londra Heathrow, Londra Gatwick u Manchester 

  • Passiġġieri li jridu jagħmlu ċ-check-in u jirreġistraw il-bagalji tagħhom - 45 minuta qabel il-ħin skedat tat-tluq 
  • Passiġġieri li jridu jagħmlu ċ-check-in b'bagalji tal-idejn biss - nofs siegħa qabel il-ħin skedat tat-tluq
Titjiriet minn Ruma Fiumicino
45 minuta qabel il-ħin skedat tat-tluq

Titjiriet minn Tel Aviv 

60 minuta qabel il-ħin skedat tat-tluq

Titjiriet minn Malta lejn Tripli:
45 minuta qabel il-ħin skedat tat-tluq

Titjiriet mill-ajruporti l-oħrajn kollha tat-tluq
30 minuta qabel il-ħin skedat tat-tluq

Ftakar - Iċ-check-in għat-titjiriet kollha tal-Air Malta jagħlaq nofs siegħa qabel il-ħin tat-tluq. Jekk tonqos milli tagħmel iċ-check-in u/jew tasal fil-post tal-imbarkazzjoni fil-ħin, inti tispiċċa titlef it-titjira tiegħek. F'dak l-istadju, l-Air Malta ma tkunx responsabbli għat-telf jew għall-ispejjeż li tista' ġġarrab minħabba li tkun wasalt tard.















Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
L-abbonament tneħħa!
L-email tiegħek tneħħa mil-lista tagħna.
L-abbonament tneħħa!
Żidna l-email tiegħek mal-lista tal-emails li jirċievu n-newsletter tagħna.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
L-isem huwa meħtieġ... 
L-isem ma jistax ikun itwal minn 50 karattru... 
Il-kunjom huwa meħtieġ... 
Il-kunjom ma jistax ikun itwal minn 50 karattru... 
L-email huwa meħtieġ... 
L-email ma jistax ikun aktarm minn 250 karattru... 
Email invalidu... 
Grazzi! Żidna l-email tiegħek mal-lista tagħna. 
Jekk jogħġbok agħżel pajjiż... 
Isem
Kunjom
Email
Pajjiż
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn