X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ftit imsahhab H:20°C L:16°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Konferenzi u Vvjaġġar b'Inċentiv

Konferenzi u Vvjaġġar b'Inċentiv 

Kemm jekk tkun qed tivvjaġġa waħdek jew bħala parti minn grupp, jistgħu jiġu offruti arranġamenti uniċiL-Air Malta tista' wkoll tkun l-imsieħba tan-negozju tiegħek fl-ivvjaġġar lejn il-Gżejjer Maltin, għall-Konferenza, il-Kungress, il-Konvenzjoni, il-Laqgħa, l-Ivvjaġġar b'Inċentiv, it-Tnedija ta' Prodotti, il-Logħob, it-Tornew Sportiv jew il-Kunċert tiegħek.

L-Air Malta bħala l-Linja tal-Ajru Uffiċjali tiegħek

L-Air Malta tista' tiġi nnominata bħala t-Trasportatur Uffiċjali għal-laqgħa jew għall-avveniment tiegħek. Bl-esperjenza tagħna f'dan il-qasam, nistgħu ngħinuk tikkoordina arranġamenti speċifiċi tal-ivvjaġġar skont il-ħtiġijiet tiegħek

It-Taqsima tal-Konferenzi u tal-Ivvjaġġar b’Inċentiv ser taħdem flimkien mal-organizzaturi tal-avveniment sabiex tiżgura servizz iddedikat lill-klijenti reċiproċi.

Operazzjoni skedata:

B’firxa ta' rotot skedati mill-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant tal-Mediterran, inti tista' tagħmel użu mill-għajnuna u l-professjonalità tal-persunal tagħna, li kapaċi jbiddlulek il-vjaġġ tiegħek f’esperjenza tassew sodisfaċenti. Bl-ospitalità Mediterranja li aħna magħrufin għaliha, aħna nassigurawlek vjaġġ pjaċevoli, kemm jekk tivvjaġġa waħdek kif ukoll jekk tivvjaġġa bħala parti minn grupp kbir.

Prezzijiet speċjali għad-delegati ta' konferenzi u gruppi fuq servizzi tal-Air Malta:

Aħna nistgħu noffru arranġamenti speċifiċi fuq il-prezzijiet u, fl-istess ħin, niċċentralizzaw it-talbiet għall-prenotazzjonijiet kollha tiegħek, kif ukoll il-ħruġ ta’ biljetti elettroniċi.

Ippjana titjira speċifika magħmula apposta għall-klijent tiegħek:

Minbarra l-għażla varjata ta’ rotot skedati tagħna, l-Air Malta tista' topera wkoll titjiriet addizzjonali mfasslin skont il-ħtiġijiet speċifiċi tiegħek.


Servizzi partikolari għal titjiriet addizzjonali:

  • Ipprintjar tal-logo tal-kumpanija tiegħek fuq il-kisi ta' fejn tistrieħ ir-ras
  • Ipprintjar ta' menus
  • Id-disponibbiltà ta' għażla ta' ikliet speċjali għal passiġġieri b'rekwiżiti speċjali.
  • Avviżi personalizzati matul it-titjira.
Id-delegat individwali:

 

Id-delegati jingħataw il-possibbiltà li jibbukkjaw bl-internet permezz ta’ magna ta’ prenotazzjoni għal Konferenzi Korporattivi u Vvjaġġar b’Inċentiv billi jilloggjaw u jużaw password definit minn qabel.

Id-delegati li jibbukkjaw bl-internet jiġu garantiti skont perċentwali fuq nollijiet ippubblikati li jkunu għall-bejgħ fil-ħin tal-prenotazzjoni.

Gruppi minn punt sa punt:

Gruppi li jitolbu li jivvjaġġaw lejn Malta minn żona partikolari jiġu kkoordinati mill-istazzjon sekondarju kkonċernat ta' dak il-pajjiż rispettiv. Jekk ma jkollniex stazzjon sekondarju f'dak il-pajjiż, ir-rappreżentanti tal-bejgħ tagħna jikkoordinaw mal-uffiċċju tal-Air Malta sabiex jipprovdu s-servizz mitlub.

Nikkoordinaw l-arranġamenti tal-ivvjaġġar permezz ta' uffiċċju wieħed għal gruppi Pan-Ewropej u 'lil hinn.

Gruppi ta’ daqs sostanzjali li jkunu qegħdin jivvjaġġaw minn diversi rotot skedati tal-Air Malta jiġu mmaniġġjati u kkoordinati mit-Taqsima tal-Konferenzi u tal-Ivvjaġġar b’Inċentiv fl-Uffiċċju ta' Malta. Aħna ser ngħinuk bit-talbiet tiegħek sabiex insibulek l-aqwa disponibbiltà u noffrulek l-għajnuna meħtieġa.

Persunal fil-post tal-konferenza:

L-Air Malta jista' jkollha wkoll il-persunal tagħha għad-dispożizzjoni tiegħek fil-post tal-konferenza biex jimmonitorja l-konferma mill-ġdid ta’ titjira u kwalunkwe bidliet jew prenotazzjonijiet tal-aħħar minuta li tista' titlob matul l-avveniment tiegħek. Dan id-desk ser ikun mgħammar b'sistema ta’ prenotazzjonijiet immexxija minn persunal bl-uniformi tal-Air Malta.

Assenjazzjonijiet tas-sit fejn ser tpoġġi u desks iddedikati għaċ-check-in:

L-allokazzjoni minn qabel tas-siġġu fejn ser tpoġġi tista' tintalab mill-uffiċċju rispettiv tal-Air Malta fl-inħawi tiegħek jew fit-Taqsima tal-Immaniġġjar tal-Passiġġieri fl-Ajruport ta' Malta. L-assenjazzjoni ta' desks iddedikati għaċ-check-in hija disponibbli fuq talba u hija soġġetta għal rekwiżiti operazzjonali.

L-uffiċċji u r-rappreżentanti tal-Air Malta jinsabu madwar in-netwerk tar-rotta operata mill-Air Malta. Il-kuntatt inizjali tiegħek jista' jkun l-eqreb uffiċċju tal-Air Malta fil-post fejn tinsab. Il-membri tal-persunal tal-istazzjon sekondarju tagħna jaħdmu mill-qrib mas-servizz rispettiv jew mat-Taqsima tal-Konferenzi u tal-Ivvjaġġar b'Inċentiv ibbażat fl-Uffiċċju Prinċipali ta' Malta.

Ikklikkja hawn biex issib id-dettalji ta' kuntatt tal-eqreb uffiċċju tal-Air Malta. 

















Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn