Titjiriet Charter

Minbarra s-servizzi skedati bejn Malta u l-ajruporti ewlenin fl-Ewropa, fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani, l-Air Malta topera wkoll programm charter estensiv.

Titjiriet charter b’ġita inkluża huma operati f’isem l-operaturi turistiċi Ewropej ewlenin minn ajruporti ewlenin, iżda b’mod speċjali minn ajruporti reġjonali li b’hekk iqarrbu lil Malta lejn id-djar ta’ eluf ta’ turisti. Barra minn hekk, charters ta' konsolidazzjoni jiġu pprogrammati speċifikament biex jaqdu l-operaturi turistiċi ta' daqs żgħir u medju li altrimenti ma jeħdux ir-riskju li jiċċarterjaw ajruplan sħiħ. L-Air Malta hija rikonoxxuta bħala pijunier f’dan il-qasam, biex b’hekk issaħħaħ l-irwol mexxej tagħha fl-industrija tat-turiżmu Malti.

L-opportunitajiet charter ad hoc jiġu ttrattati b'mod professjonali, tant li jqajmu l-aqwa għarfien u flessibbiltà mid-dipartimenti kollha.

L-istima ta’ klijenti ta' operaturi turistiċi ewlenin lejn iċ-charters tal-Air Malta nkisbet permezz tad-dedikazzjoni lejn servizz effiċjenti u fil-pront mill-mument li nirċievu l-ewwel talba sakemm il-klijenti tagħna jaslu lura d-dar. Xhieda ta’ dan huma l-kummenti ta' tifħir mill-passiġġieri u l-Awards Internazzjonali għall-Aqwa Prestazzjoni u Servizzi Operazzjonali.

Għal aktar informazzjoni, ċempel fuq in-numru (356) 22 999 145, żur kwalunkwe Uffiċċju Sekondarju tal-Air Malta jew ibgħatilna e-mail




Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!