X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:26°C L:22°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Ħlasijiet

Kif tħallas għat-titjira tiegħek
Kif tħallas għat-titjiriet tiegħek

Aħna qegħdin nagħmluha konvenjenti għalik sabiex tħallas għat-titjiriet tiegħek bl-internet u bil-metodu ppreferut minnek. Hawnhekk ser tingħata lista tal-metodi ta' ħlas li huma aċċettati bħalissa.


Meta tħallas bl-internet 

Jekk tagħżel li tibbukkja t-titjiriet tiegħek bl-internet, tista' tagħżel li tħallas bl-użu ta' waħda mill-kartijiet ta' kreditu internazzjonali ewlenin: 

  • American Express
  • MasterCard
  • Visa

Tista' wkoll tibbukkja u tħallas għat-titjiriet tiegħek bl-internet jekk il-passiġġier u d-detentur tal-karta ta' kreditu ma jkunux l-istess persuna. Madankollu, bħalissa, ħlas b'karti ta' debitu mhuwiex disponibbli.


Jekk qiegħed illoggjat fil-kont tal-MyKM tiegħek, tista' tissejvja d-dettalji tal-karta ta' kreditu tiegħek b'mod sigur sabiex tkun tista' terġa' tużahom għal prenotazzjonijiet oħrajn fil-futur. Ma għandekx kont?

Irreġistra issa

Jekk inti membru tal-Flypass, tista' tagħżel li ssarraf il-KMiles tiegħek biex tħallas titjira.  
Tgħallem aktar hawnhekk.

Jekk ma għandekx karta ta' kreditu: 

Sfortunatament, għandek bżonn karta ta' kreditu biex tħallas għal prenotazzjoni bl-internet. Intant, inti tista' tikkuntattja lit-tim tal-prenotazzjonijiet

tagħna u tagħmel prenotazzjoni provviżorja b'limitu ta' żmien marbut magħha.

Muniti li naċċettaw. Fil-preżent, aħna naċċettaw biss ħlasijiet li jsiru fl-EURO u l-GBP (Sterlina Ingliża) 

Ftakar li xi kumpaniji tal-karti ta' kreditu jistgħu jitolbu ħlas ta' tranżazzjoni fuq ix-xiri. Jekk jogħġbok, iċċekkja direttament mal-kumpanija tal-karta ta' kreditu tiegħek jekk għandek xi mistoqsijiet dwar dan.


Ħlas Amministrattiv
Meta tibbukkja bl-internet, inti ser tintalab tħallas miżata żgħira ta' 11 EURO għas-servizz. Din hija konformi mal-proċeduri komuni tal-linji tal-ajru u tmur għall-manutenzjoni tas-sistema tal-prenotazzjoni bl-internet u t-titjib li jsirilha b'mod regolari.

Ħlasijiet sikuri u garantiti
Meta tħallas bl-internet minn fuq dan is-sit, tista' sserraħ moħħok li d-dettalji tal-kreditu tiegħek ser jiġu ttrattati b'mod kompletament sikur u anonimu. Is-sit tagħna juża l-aħħar teknoloġija ta' data encryption sabiex jassigura li d-dettalji tiegħek ikunu sikuri u protetti minn partijiet terzi.

Verifika:
Wara li ddaħħal id-dettalji tal-karta tiegħek, tista' titla' window oħra u titolbok verifika. Dan minħabba li ċerti karti huma "3D secure" u l-bank ikollu bżonn verifika oħra mingħandek qabel ma s-sistema tħallik tipproċedi bit-tranżazzjoni tiegħek. F'każ li l-informazzjoni mitluba tiddaħħal ħażin jew il-pop-up window tingħalaq, din is-sistema tibgħat messaġġ lill-bank tiegħek u t-tranżazzjoni tiġi ttrattata bħala frodulenti, xi ħaġa li twassal biex taqa' l-prenotazzjoni. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-informazzjoni li hija meħtieġa fuq il-pop-up window, ġentilment għandek tikkuntattja lill-bank tiegħek għal aktar għajnuna.

Metodi ta' ħlas oħrajn aċċettati

Il-ħlasijiet fi flus kontanti għall-prenotazzjonijiet jiġu aċċettati biss fl-uffiċċju tal-bejgħ tagħna, li jinsab fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Aħna ma naċċettawx ħlasijiet fi flus kontanti jew b'ċekkijiet.

Bħalissa, aħna qegħdin naħdmu sabiex nintroduċu metodi alternattivi ta' ħlas bl-internet.

Kif tħallas għal servizzi oħrajn

Fuq dan is-sit, aħna nittrattaw direttament biss ħlasijiet li jsiru fuq prenotazzjonijiet ta' titjiriet u servizzi relatati mat-titjiriet. Jekk tiddeċiedi li tibbukkja l-lukanda tiegħek jew tikri karozza minn fuq is-sit tagħna, dawk il-ħlasijiet jiġu ttrattati minn Booking.com u CarTrawler.com, rispettivament.

Għal aktar informazzjoni u għajnuna dwar kif tibbukkja t-titjira tiegħek bl-internet, tinsiex iżżur is-sezzjoni ta' għajnuna biex tibbukkja

.












Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn