X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru, Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
ċar H:29°C L:24°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Kif Tibbukkja t-Titjira Tiegħek

 

Kif tibbukkja

Aħna nagħmluhielek faċli biex issib l-aħjar offerta possibbli għat-titjiriet lejn u mill-Gżejjer Maltin, billi nikkombinaw prezzijiet ta' biljetti eċċellenti ma' servizz regolari, fil-ħin u pjaċevoli. 


Biex tibbukkja t-titjira tiegħek, għandek sempliċiment tuża waħda mill-għażliet ta' hawn taħt u ssib l-aħjar titjiriet.


Kif tibbukkja:

  • Ibbukkja t-titjiriet tiegħek online

Aħna qegħdin intejbu kontinwament is-servizz tagħna tal-prenotazzjoni online sabiex nagħmluhielek aktar faċli minn qatt qabel biex issib it-titjira ideali tiegħek lejn Malta. Żur is-sezzjoni ibbukkja l-vjaġġ tiegħek jew uża l-widget tal-prenotazzjoni fil-parti ta' fuqnett ta' din il-paġna sabiex iddaħħal id-destinazzjonijiet tiegħek "minn/lejn", tagħżel faċilment mid-dati tal-ivvjaġġar disponibbli u tagħżel l-aktar vjaġġ addattat għall-baġit tiegħek.

  • Ċempel lilna direttament

Huwa ta' pjaċir għalina li ngħinuk tibbukkja t-titjira tiegħek permezz tat-telefon. Kulma għandek tagħmel huwa li ċċempel fuq +356 2166 2211 biex tiċċekkja x'titjiriet hemm disponibbli. Jekk jogħġbok innota li l-aġenti tagħna bħalissa huma disponibbli biss mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-9 ta' filgħodu u t-8 ta' filgħaxija (GMT+1) u l-Ħadd filgħodu mid-9 ta' filgħodu sal-5 ta' filgħaxija. 

  • L-Uffiċċji tal-Bejgħ

Tista' wkoll iżżur l-uffiċċju tal-bejgħ tagħna fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jew l-eqreb Aġent tal-Ivvjaġġar tiegħek sabiex tibbukkja t-titjira tiegħek. Aħna nkunu miftuħin 24 siegħa kuljum.


Kif tħallas

Aħna naċċettaw il-ħlasijiet b'ħafna mill-karti ta' kreditu internazzjonali ewlenin. Il-pagamenti kollha li jsiru online jiġu effettwati f'ambjent sikur. Aqra aktar dwar il-metodi ta' ħlas aċċettati.

X'għandek iżżomm f'moħħok meta tibbukkja t-titjira tiegħek: 

  • It-titjiriet jistgħu jiġu bbukkjati sa 330 jum minn qabel.
  • Ipprintja kopja tal-biljett elettroniku tiegħek immedjatament malli tirċevih b'email sabiex imbagħad tkun tista' tippreżentah waqt iċ-check-in fl-ajruport.
  • Ftakar il-kodiċi ta' referenza tal-prenotazzjoni tiegħek (li xi drabi ssir referenza għalih bħala l-“PNR”) 

Aħna qegħdin hawn biex ngħinuk

Għandek bżonn għajnuna dwar prenotazzjoni li diġà għamilt jew tixtieq tagħmlilna mistoqsija qabel tibbukkja t-titjira tiegħek? Għal aktar għajnuna, tista' żżur is-sezzjoni ta' għajnuna biex tibbukkja.

Jekk ma tistax issib tweġiba fuq dan is-sit, ibgħatilna email u aħna nweġbuk mill-aktar fis possibbli.



 







Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn