Prenotazzjonijiet ta' Grupp

Prenotazzjonijiet ta' grupp
L-ivvjaġġar fi grupp huwa aktar pjaċir
Ma jgħoddx biss fejn sejjer u x'ser tagħmel f'dak il-post li żżur. L-ivvjaġġar jinvolvi l-ħolqien ta' memorji pjaċevoli ma' persuni oħrajn li huma għal qalbek. Wieħed mill-aqwa modi kif tagħmel dan huwa li tivvjaġġa fi grupp mill-bidunett tal-btala tiegħek.
Kemm jekk intom klikka ta' ħbieb li qegħdin tħejju għal vjaġġ, tim ta' kollegi li sejrin fuq eskursjoni bil-għan ta' eżerċizzju ta' bini ta' tim, jew grupp ta' familjari li qegħdin tfittxu li tingħaqdu u tqattgħu ħin ta' kwalità flimkien, aħna qegħdin hawn biex noffrulkom:
- Prezzijiet kompetittivi ħafna fuq il-biljetti;
- Kondizzjonijiet ta' vvjaġġar flessibbli ħafna;
- Prenotazzjoni ta' biljetti għal ħlas parzjali minimu;
- Aktar ċans biex tiffinalizzaw il-lista tal-membri tal-grupp;
- Il-possibbiltà ta' prezzijiet imraħħsin jekk tibbukkja aktar biljetti.
Sabiex tibbenifikaw minn dawn il-prezzijiet speċjali u tikkwalifikaw bħala grupp, tridu tkunu minimu ta' 10 persuni fuq l-istess titjira lejn l-istess destinazzjoni.
Għal offerta b'lista kompleta ta' benefiċċji, ikklikkja hawnhekk biex tikkuntattja lid-desk tal-Air Malta f'pajjiżek.
Gruppi ta' Negozju
Jekk qegħdin tfittxu linja tal-ajru affidabbli biex tgħinkom bl-arranġamenti li teħtieġu għall-ivvjaġġar fuq konferenza, Malta saret rinomata li tattira delegati internazzjonali, għalhekk, ikklikkja hawnhekk għal aktar dettalji.